This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014XX0204(02)
Executive summary of the Opinion of the European Data Protection Supervisor on the proposal for a Council decision on the conclusion of the Agreement between the European Union and the Russian Federation on drug precursors
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga
ĠU C 32, 4.2.2014, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 32, 4.2.2014, p. 13–13
(HR)
4.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/13 |
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2014/C 32/07
I. Introduzzjoni
I.1. Kuntest tal-konsultazzjoni mal-KEPD
1. |
Fil-21 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni adottat Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga (minn hawn ’il quddiem: “il-Proposta”) (1). Il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD għall-konsultazzjoni fl-istess jum. |
2. |
Il-Proposta tinkludi t-test tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga (minn hawn ’il quddiem: “il-Ftehim”) (2). L-Anness II għall-Ftehim fih lista ta’ definizzjonijiet u prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta (minn hawn ’il quddiem: “prinċipji ta’ protezzjoni tad-dejta”) (3). |
3. |
Il-KEPD kien ġie kkonsultat qabel mill-Kummissjoni. Din l-Opinjoni tibbaża fuq il-parir ipprovdut dakinhar u fuq l-Opinjoni tal-KEPD dwar l-emendi għar-Regolament dwar il-kummerċ intern u estern tal-UE fil-prekursuri tad-droga (4). |
I.2. Għan tal-Ftehim
4. |
Il-ftehim għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-prevenzjoni ta’ diverżjoni mill-kummerċ leġittimu tas-sustanzi użati biex jiġu manifatturati b’mod illeċitu drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi (minn hawn ’il quddiem: “prekursuri tad-droga”). |
5. |
Fuq il-bażi tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1988 Kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Drogi u Sustanzi Psikotropiċi (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni tal-1988”) (5), il-ftehim jippermetti l-koordinazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll tal-kummerċ u għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet (l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa), flimkien ma’ kooperazzjoni teknika u xjentifika u l-istabbiliment ta’ Grupp Konġunt ta’ esperti ta’ Segwitu. |
IV. Konklużjonijiet
35. |
Il-KEDP jilqa’ d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fit-test tal-ftehim u l-inklużjoni fl-Anness tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta li għandhom jiġu rrispettati mill-Partijiet. |
36. |
Il-KEPD jissuġġerixxi li tiġi inkluża referenza espliċita għall-applikabbiltà tal-liġijiet nazzjonali tal-UE li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE għat-trasferimenti ta’ dejta personali mill-UE lill-awtoritajiet Russi u għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet tal-UE. Huwa jissuġġerixxi wkoll li jiġu inklużi referenzi għall-Artikoli 7 u 8 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-UE. |
37. |
Huwa jirrakkomanda wkoll li fl-Artikoli 3(2) u 4(1) u 5(3) jiġu speċifikati l-kategoriji kollha ta’ dejta personali li jistgħu jiġu skambjati. Barra minn hekk, salvagwardji addizzjonali, bħal perjodi iqsar ta’ żamma u miżuri aktar stretti ta’ sigurtà għandhom ikunu inklużi fil-ftehim jew fl-Anness II għad-dejta relatata ma’ tranżazzjonijiet suspettużi. Il-finijiet l-oħrajn li għalihom id-dejta tista’ tkun ipproċessata skont l-Artikolu 5(3) għandhom ikunu ddikjarati b’mod espliċitu fil-ftehim u għandhom ikunu kompatibbli mal-għan oriġinali li għalih id-dejta tkun ġiet trasferita. |
38. |
Il-KEPD jilqa’ wkoll il-projbizzjoni fuq iż-żamma ta’ dejta għal aktar minn kemm meħtieġ fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, iżda huwa jirrakkomanda li mill-inqas jiġu speċifikati perjodi ta’ żamma massimi. |
39. |
Il-KEPD jilqa’ l-inklużjoni tal-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ dejta obbligatorja. Madankollu, huwa jirrakkomanda li dawn jitkomplew kif ġej:
|
41. |
Għandu jkun speċifikat ukoll li l-awtoritajiet li jissorveljaw il-protezzjoni tad-dejta tal-Partijiet għandhom konġuntament jirrevedu l-implimentazzjoni tal-ftehim, jew fil-kuntest tal-grupp konġunt ta’ esperti ta’ segwitu, jew bħala proċess separat. Barra minn hekk, jekk l-indipendenza tal-awtorità superviżorja rilevanti Russa ma tkunx stabbilita biżżejjed, għandu jkun speċifikat li l-awtoritajiet nazzjonali tal-UE għall-protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu involuti fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-ftehim mill-awtoritajiet Russi. Ir-riżultati tar-reviżjoni għandhom ikunu rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn ikun meħtieġ u bir-rispett sħiħ tal-kunfidenzjalità. |
42. |
Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li jitkompla l-Artikolu 12 tal-ftehim bi klawsola li tippermetti lil kull Parti tissospendi jew ittemm il-ftehim f’każ ta’ ksur tal-obbligi mill-Parti l-oħra taħt il-ftehim, inkluż f’dak li jirrigwarda l-konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta. |
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2013.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2013) 4 finali.
(2) Anness għall-Proposta.
(3) Anness II għall-Ftehim.
(4) Opinjoni tal-KEPD tat-18 ta’ Jannar 2013 dwar il-Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga u l-Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 jistabblixxi regoli għall-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, b’mod partikolari p. 9-10, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2013/13-01-18_Drug_precursors_EN.pdf
(5) Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fid-Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi, adottata fi Vjenna fid-19 ta’ Diċembru 1988 (United Nations Convention against Illicit Traffic in Narcotic Drugs and Psychotropic Substances), disponibbli fuq http://www.unodc.org/pdf/convention_1988_en.pdf