Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0560

Kawża C-560/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 7 ta’ Novembru 2013 — Wam Industriale SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi — Self b’rata mnaqqsa — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Deċiżjoni meħuda wara li l-Qorti Ġenerali annulat id-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali)

ĠU C 9, 11.1.2014, pp. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Wam Industriale SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-560/12 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi - Self b’rata mnaqqsa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni meħuda wara li l-Qorti Ġenerali annulat id-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali)

2014/C 9/23

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Wam Industriale SpA (rappreżentanti: E. Giliani u R. Bertoni, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012, Wam Industriale vs Il-Kummissjoni (T-303/10) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta’ Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Italja favur WAM SpA (ĠU 2011, L 57, p. 29) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Terminu raġonevoli

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Wam Industriale SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013


Top