Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0090

Kawża C-90/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas- 7 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubbilka tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport bl-ajru — Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi — Obbligu tal-Istati Membri li jagħmlu distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku fost it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea eliġibbli fuq il-bażi ta’ proċedura mhux diskriminatorja u trasparenti u li jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-imsemmija proċedura)

ĠU C 9, 11.1.2014, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubbilka tal-Polonja

(Kawża C-90/12) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport bl-ajru - Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi - Obbligu tal-Istati Membri li jagħmlu distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku fost it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea eliġibbli fuq il-bażi ta’ proċedura mhux diskriminatorja u trasparenti u li jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-imsemmija proċedura)

2014/C 9/09

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Simonsson u M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubbilka tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-29 ta’ April 2004, dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 193) — Obbligu tal-Istati Membri li jagħmlu distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku fost it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji eliġibbli fuq il-bażi ta’ proċedura mhux diskriminatorja u trasparenti u li jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-imsemmija proċedura

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx il-miżuri xierqa neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn l-artikoli.

(2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 126, 28.04.2012.


Top