Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0638

Kawża C-638/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 14 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Gul Ahmed Textile Mills Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dumping — Importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 3(7) — Kunċett ta’ “fatturi l-oħra” )

ĠU C 9, 11.1.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Gul Ahmed Textile Mills Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-638/11 P) (1)

(Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 3(7) - Kunċett ta’ “fatturi l-oħra”)

2014/C 9/06

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent u G. Berrisch, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Gul Ahmed Textile Mills Ltd (rappreżentant: L. Ruessmann, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik, aġent, assistit minn E. McGovern, Barrister)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011, Gul Ahmed Textiles Mills vs Il-Kunsill (T-199/04) li tannulla, fir-rigward ta’ Gul Ahmed Textiles Mills, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, tat-2 ta’ Marzu 2004, li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50, p. 26) — Ksur tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45) — Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu — Stabbiliment ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma suġġetti għal dumping u d-dannu kkawżat — Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2011, Gul Ahmed Textile Mills vs Il-Kunsill (T-199/04), hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 65, 03.03.2012


Top