Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0462

Kawża T-462/13: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Awwissu 2013 — Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni

ĠU C 304, 19.10.2013, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/24


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/13)

2013/C 304/42

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) u Itelazpi, SA (Bizkaia, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo, M. Muñoz de Juan, u N. Ruiz García, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-motivi għal annullament invokati insostenn ta’ dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondati;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha, sa fejn din tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern;

tannulla, għaldaqstant, l-ordnijiet ta’ rkupru previsti fl-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-461/13, Spanja vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni tal-proċess ta’ diġitalizzazzjoni bħala għajnuna mill-Istat.

F’dan ir-rigward huwa allegat li l-Kummissjoni żbaljat fl-analiżi tagħha tal-Artikolu 171(1) TFUE, fid-dawl b’mod partikolari tal-ġurisprudenza Altmark dwar servizzi ta’ intress ekonomiku ġenerali (SIEĠ), u li għaldaqstant żbaljat fir-rigward tal-eżistenza stess ta’ għajnuna mill-Istat fil-każ inkwistjoni.

F’dan ir-rigward huwa allegat ukoll li l-miżuri eżaminati fid-deċiżjoni huma intiżi biss sabiex jiżguraw it-trażmissjoni tas-sinjal ta’ televiżjoni diġitali fl-imsejħa żona II (parti mit-territorju li ma hijiex koperta mill-operaturi li għandhom għanijiet kummerċjali u li fiha l-popolazzjoni, fin-nuqqas ta’ intervent tal-awtoritajiet pubbliċi, hija mċaħda mill-aċċess għat-televiżjoni).

Barra minn hekk, ir-rikorrenti josservaw li l-prinċipju ta’ “newtralità teknoloġika” ma jistax iċaħħad lill-Istati Membri mill-marġni ta’ diskrezzjoni li t-Trattati jirrikonoxxulhom fl-organizzazzjoni tal-provvista tas-SIEĠ.

F’kull każ, jekk l-awtoritajiet nazzjonali għażlu t-tekonoloġija terrestri għaż-żona II minflok it-teknoloġija satellitari, dan kien għaliex l-ewwel għażla kienet tirriżulta ħafna iktar loġika, ekonomika u effiċjenti minħabba l-eżistenza minn qabel ta’ netwerk terresti anoloġiku, iffinanzjat b’fondi pubbliċi, li diġà kien ikopri ż-żona II.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna

B’mod sussidjarju, u fl-ipoteżi li jiġi konkluż li teżisti għajnuna mill-Istat, ir-rikorrenti jqisu li din l-għajnuna għandha titqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 106(2) u 107(3)(ċ) TFUE.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-analiżi tal-għajnuna eżistenti

F’dan ir-rigward huwa affermat, ukoll b’mod sussidjarju, li, f’kull każ, l-għajnuna mogħtija f’dan il-każ għandha titqies bħala għajnuna eżistenti. Peress li diġà kien jeżisti netwerk pubbliku tat-televiżjoni, hija involuta biss sempliċi modifika u aġġornar tal-istess netwerk, mingħajr bidla fil-funzjoni tiegħu.


Top