Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0461

    Kawża T-461/13: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Awwissu 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 304, 19.10.2013, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/23


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-461/13)

    2013/C 304/41

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/010, ex CP 163/2009) mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (ħlief f’Castilla-La Mancha). Din id-deċiżjoni qieset li din l-għajnuna kienet parzjalment inkompatibbli mas-suq intern, u għaldaqstant ordnat l-irkupru tagħha.

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, minħabba l-ineżistenza, fil-każ inkwistjoni, ta’ xi vantaġġ ekonomiku favur entitajiet li jeżerċitaw attività ekonomika, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ selettività tal-miżura u n-nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 106(2) u 107(3)(ċ) TFUE, peress li ma huwiex stabbilit li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fid-dawl, f’dan il-każ, tat-tul eċċessiv tagħha, tan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi prodotti, kif ukoll tan-nuqqas ta’ koerenza u ta’ oġġettività matul l-investigazzjoni.

    (4)

    Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza, ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà, kif ukoll fuq l-assenza ta’ obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna, sa fejn l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), ma jobbligax li jsir dan l-irkupru fil-każ ta’ ksur ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

    (5)

    Il-ħames motiv, ukoll invokat sussidjarjament, u bbażat fuq ksur tad-dritt għal informazzjoni, stabbilit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u n-nuqqas konsegwenti ta’ obbligu ta’ rkupru.


    Top