Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0414

Kawża T-414/13: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Awissu 2013 — Tsujimoto vs UASI (KENZO ESTATE)

ĠU C 304, 19.10.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/20


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2013 — Tsujimoto vs UASI (KENZO ESTATE)

(Kawża T-414/13)

2013/C 304/34

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Wenninger-Lenz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fit-22 ta’ Mejju 2013 fil-Każ R 333/2012-2

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Kenzo Tsujimoto

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali KENZO ESTATE għal prodotti fil-klassi 33 — applikazzjoni għat-trade mark internazzjonali Nru 953373

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kenzo, SA

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja verbali Nru 720 706, KENZO, għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u annullament tad-deċiżjoni appellata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1).


(1)  ĠU L 78, p. 1.


Top