Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0349

    Kawża T-349/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2013 — Leiner vs UASI — Recaro (REVARO) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva REVARO — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti RECARO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 304, 19.10.2013, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Leiner vs UASI — Recaro (REVARO)

    (Kawża T-349/12) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva REVARO - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti RECARO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2013/C 304/33

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Rudolf Leiner GmbH (Sankt Pölten, l-Awstrija) (rappreżentanti: W. Emberger, I. Rudnay u L. Emberger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Recaro Holding GmbH, li kienet Recaro Beteiligungs-GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Mejju 2012 (Każ R 482/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Recaro Beteiligungs-GmbH u Rudolf Leiner GmbH.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Rudolf Leiner GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


    Top