This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TA0057
Case T-57/12: Judgment of the General Court of 6 September 2013 — Good Luck Shipping v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures against Iran with the aim of preventing nuclear proliferation — Freezing of funds — Obligation to state reasons — Manifest error of assessment)
Kawża T-57/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2013 — Good Luck Shipping vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni” )
Kawża T-57/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2013 — Good Luck Shipping vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni” )
ĠU C 304, 19.10.2013, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Good Luck Shipping vs Il-Kunsill
(Kawża T-57/12) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 304/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Good Luck Shipping LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, barrister, u M. Taher, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u B. Driessen, aġenti)
Suġġett
Talba intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u, it-tielet nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u […] li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn il-miżuri jew dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Għandhom jiġu annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Good Luck Shipping LLC:
|
(2) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/783 għandhom jinżammu f’dak li jirrigwarda lil Good Luck Shipping sakemm isir effettiv l-annullament tar-Regolament Nru 267/2012. |
(3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Good Luck Shipping. |