Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0006

    Kawża T-6/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2013 — Godrej Industries u VVF vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja — Aġġustament mitlub abbażi tal-konverżjoni tal-muniti — Oneru tal-prova — Dannu — Dazju antidumping definittiv” )

    ĠU C 304, 19.10.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Godrej Industries u VVF vs Il-Kunsill

    (Kawża T-6/12) (1)

    (Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja - Aġġustament mitlub abbażi tal-konverżjoni tal-muniti - Oneru tal-prova - Dannu - Dazju antidumping definittiv)

    2013/C 304/29

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Godrej Industries Ltd (Mumbai, l-Indja); u VVF Ltd (Mumbai) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. -P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u A. Servais, avukati)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Sasol Olefins & Surfactants GmbH (Hambourg, il-Ġermanja); Sasol Germany GmbH (Hambourg) (rappreżentanti: V. Akritidis, avukat, u J. Beck, solicitor); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

    Suġġett

    L-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Godrej Industries Ltd u VVF Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk ta’ Sasol Olefins & Surfactants GmbH u ta’ Sasol Germany GmbH, kif ukoll l-ispejjeż tagħhom.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 49, 18.2.2012.


    Top