Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0289

Kawżi magħquda T-289/11, T-290/11 u T-521/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2013 — Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni — Drittijiet tad-difiża — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

ĠU C 304, 19.10.2013, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-289/11, T-290/11 u T-521/11) (1)

(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 304/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja); DB Mobility Logistics AG (Berlin); DB Energie GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja); DB Netz AG (Frankfurt am Main); DB Schenker Rail GmbH (Mainz, il-Ġermanja); DB Schenker Rail Deutschland AG (Mainz); Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße mbH (DUSS) (Bodenheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Deselaers, O. Mross u J. Brückner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari, N. von Lingen u R. Sauer, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment, fil-Kawżi T-289/11 u T-290/11, M. Muñoz Pérez, sussegwentement, fil-Kawżi T-289/11, T-290/11 u T-521/11, S. Centeno Huerta, abogados del Estado); Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u F. Florindo Gijón, aġenti); u L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (rappreżenanti: X. A. Lewis, M. Schneider u M. Moustakali, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011) 1774, tal-14 ta’ Marzu 2011, C(2011) 2365, tat-30 ta’ Marzu 2011, u C(2011) 5230, tal-14 ta’ Lulju 2011, li jordnaw spezzjonijiet skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-konfront ta’ Deutsche Bahn AG kif ukoll tas-sussidjarji kollha tagħha (Każijiet COMP/39.678 u COMP/39.731).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG u Deutsche Umschlaggesellsschaft Schiene-Straße mbH (DUSS) għandhom ibatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tagħhom.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


Top