Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0012

    Kawża T-12/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2013 — Iran Insurance vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fil-konfront tal-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi — Bażi legali — Ksur tad-dritt internazzjonali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Nondiskriminazzjoni” )

    ĠU C 304, 19.10.2013, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Iran Insurance vs Il-Kunsill

    (Kawża T-12/11) (1)

    (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fil-konfront tal-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Bażi legali - Ksur tad-dritt internazzjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Nondiskriminazzjoni)

    2013/C 304/22

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Iran Insurance Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u G. Marhic, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-parti konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u M. Konstantinidis, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament, fl-ewwel lok, tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 281, p. 81), u tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn dawn tal-aħħar jikkonċernaw lir-rikorrenti, fit-tieni lok, tad-deċiżjoni fir-rigward tar-rikorrenti “inkluża f’” ittra tat-28 ta’ Ottubru 2010, fit-tielet lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dawn tal-aħħar jistgħu jinċidu fuq is-sitwazzjoni tar-rikorrenti, fir-raba lok, tad-deċiżjoni fir-rigward tar-rikorrenti “inkluża f’” ittra tal-5 ta’ Diċembru 2011, fil-ħames lok, tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti, u, fis-sitt lok, ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li tikkompleta jew li temenda wieħed mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà, fir-rigward tar-rikorrenti, tal-Artikolu 12 u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, tal-Artikolu 16(2) u tal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 961/2010, tal-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 19, p. 22), u tal-Artikolu 23(2) u tal-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 267/2012, tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 282, p. 58), tal-Artikolu 1(11) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 356, p. 71)

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa inammissibbli, safejn dan jitlob l-annullament ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li tikkompleta jew li temenda wieħed mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

    (2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni la fuq it-talbiet għal annullament tad-deċiżjonijiet fil-konfront tal-Iran Insurance Company “inklużi f’” l-ittri tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011 u lanqas fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kunsill, sostnut mill-Kummissjoni, fil-konfront biss tat-talbiet għal annullament tad-deċiżjoni fil-konfront tal-Iran Insurance Company “inkluża f’” l-ittra tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2010.

    (3)

    L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010, huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Iran Insurance Company.

    (4)

    L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, u sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Iran Insurance Company għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jikkonċerna lill-Iran Insurance Company.

    (5)

    Il-Kunsill għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Iran Insurance Company.

    (6)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 63, 26.02.2011.


    Top