Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0423

Kawża C-423/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil- 25 ta’ Julju 2013 — UAB “Vilniaus energija” vs Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius

ĠU C 304, 19.10.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Julju 2013 — UAB “Vilniaus energija” vs Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius

(Kawża C-423/13)

2013/C 304/09

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Vilniaus energija”

Konvenut: Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius

Domandi preliminari

L-Artikolu 34 TFUE u/jew id-Direttiva 2004/22 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, li jistabbilixxu li arloġġ tal-ilma sħun, li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2004/22, li jkun ikkomunikat ma’ apparat għat-trażmissjoni ta’ data b’distanza (telemetriku) huwa kkunsidrat bħala sistema ta’ kejl u, konsegwentement, dan l-arloġġ tal-ilma sħun ma jistax jintuża għall-iskopijiet oriġinali tiegħu sakemm ma jkunx ġie ssuġġettat, flimkien mal-apparat għat-trażmissjoni ta’ data b’distanza (telemetriku), għal verifika metroloġika bħala sistema ta’ kejl?


(1)  Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar l-istrumenti tal-kejl (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 149).


Top