Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0520

    Kawża C-520/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 4 ta’ Lulju 2013 — Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon AE vs Il-Kummissjoni Ewropea, Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija, Central Finance & Contracts Unit (CFCU) (Appell — Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni — Kuntratt pubbliku — Proġett li jirrigwarda l-iżvilupp tan-netwerk Ewropew taċ-ċentri ta’ negozju fit-Turkija — Deċiżjoni li ma tallokax il-proġett — Talba għall-kumpens għad-danni allegatament imġarrba — Deċiżjoni nazzjonali — Assenza ta’ involviment tal-organi tal-Unjoni)

    ĠU C 304, 19.10.2013, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/3


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 — Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon AE vs Il-Kummissjoni Ewropea, Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija, Central Finance & Contracts Unit (CFCU)

    (Kawża C-520/12 P) (1)

    (Appell - Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni - Kuntratt pubbliku - Proġett li jirrigwarda l-iżvilupp tan-netwerk Ewropew taċ-ċentri ta’ negozju fit-Turkija - Deċiżjoni li ma tallokax il-proġett - Talba għall-kumpens għad-danni allegatament imġarrba - Deċiżjoni nazzjonali - Assenza ta’ involviment tal-organi tal-Unjoni)

    2013/C 304/05

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon AE (rappreżentant: A. Krystallidis, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u F. Erlbacher, aġenti), Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija, Central Finance & Contracts Unit (CFCU)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-369/11, Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon AE vs Il-Kummissjoni Ewropea, Central Finance & Contracts Unit (CFCU) u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għad-danni intiż li jikseb kumpens għad-danni allegatament imġarrba mill-appellanti minħabba d-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija li ma tallokax lill-appellanti l-kuntratt għat-twettiq tal-proġett “Enlargement of the European Turkish Business Centers Network to Sivas, Antakya, Batman and Van” (EuropeAid/128621/D/SER/TR) — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ kompetenza

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


    Top