Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0586

    Kawża C-586/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 9 ta’ Lulju 2013 — Regione Puglia vs Ir-Repubblika Taljana, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — FEŻR — Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Entità reġjonali — Att li jikkonċerna lil din l-entità b’mod dirett — Inammissibbiltà)

    ĠU C 304, 19.10.2013, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/2


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2013 — Regione Puglia vs Ir-Repubblika Taljana, Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-586/11 P) (1)

    (Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - FEŻR - Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Entità reġjonali - Att li jikkonċerna lil din l-entità b’mod dirett - Inammissibbiltà)

    2013/C 304/03

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Regione Puglia (rappreżentanti: F. Brunelli u A. Aloia, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u A. Steiblytė, aġenti)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tal-14 ta’ Settembru 2011, Regione Puglia vs Il-Kummissjoni (T-84/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000, li tapprova l-programm operattiv POR Puglia, għall-perijodu 2000-2006, taħt l-objettiv Nru 1 — Nuqqas ta’ proċedura orali — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà — Motivazzjoni insuffiċjenti

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Regione Puglia hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


    Top