Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0348

    Kawża T-348/13: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Lulju 2013 — Kadhaf Al Dam vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    ĠU C 298, 12.10.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 298, 12.10.2013, p. 6–7 (HR)

    12.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/8


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2013 — Kadhaf Al Dam vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    (Kawża T-348/13)

    2013/C 298/13

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Ahmed Mohammed Kadhaf Al Dam (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentant: H. de Charette, avukat)

    Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorent

    tiddikjara li

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/182/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, sa fejn din ma neħħietx isem ir-rikorrent mill-Anness II u mill-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK;

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja sa fejn l-Annessi II u IV tagħha jinkludu isem ir-rikorrent;

    ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, sa fejn l-Anness III tiegħu jinkludi isem ir-rikorrent;

    ma japplikawx fir-rigward tiegħu;

    tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ħlas simboliku ta’ EUR 1 bħala kumpens għad-dannu subit;

    tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali, kompost minn erba’ partijiet ibbażati:

    fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, peress li dan ma ġiex mismugħ qabel l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu;

    fuq l-assenza ta’ notifika tal-atti kkontestati lir-rikorrent u dan minkejja l-fatt li l-indirizz tiegħu huwa magħruf mill-awtoritajiet;

    fuq l-assenza ta’ motivazzjoni, peress li l-motivazzjoni pprovduta fl-atti kkontestati insostenn tal-miżuri restrittivi adottati kontra r-rikorrent la huma relatati mas-sitwazzjoni attwali fil-Libja u lanqas mal-għanijiet imfittxa;

    fuq in-nuqqas ta’ seduta.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà, kompost minn żewġ partijiet ibbażati:

    fuq l-assenza ta’ utilità pubblika jew ta’ interess ġenerali tal-miżuri restrittivi adottati kontra r-rikorrent, peress li huwa kien iddisassoċja ruħu uffiċjalment mill-Gvern Libjan;

    fuq nuqqas ta’ ċertezza legali.


    Top