This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012IP0092
Human trafficking in Sinai, in particular the case of Solomon W. European Parliament resolution of 15 March 2012 on human trafficking in Sinai, in particular the case of Solomon W. (2012/2569(RSP))
It-traffikar tal-bnedmin fis-Sinaj, b'mod partikolari fil-każ ta' Solomon W. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Marzu 2012 dwar it-traffikar tal-bnedmin fis-Sinaj, b'mod partikolari fil-każ ta' Solomon W. (2012/2569(RSP))
It-traffikar tal-bnedmin fis-Sinaj, b'mod partikolari fil-każ ta' Solomon W. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Marzu 2012 dwar it-traffikar tal-bnedmin fis-Sinaj, b'mod partikolari fil-każ ta' Solomon W. (2012/2569(RSP))
ĠU C 251E, 31.8.2013, pp. 106–108
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 251/106 |
Il-Ħamis 15 ta’ Marzu 2012
It-traffikar tal-bnedmin fis-Sinaj, b'mod partikolari fil-każ ta' Solomon W.
P7_TA(2012)0092
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar it-traffikar tal-bnedmin fis-Sinaj, b'mod partikolari fil-każ ta' Solomon W. (2012/2569(RSP))
2013/C 251 E/19
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Refuġjati Eritrej miżmuma ostaġġi fis-Sinaj (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, partikolarment l-Artikolu 3 tagħha (Kulħadd għandu d-dritt għall-ħajja, il-libertà u s-sigurtà tal-persuna), l-Artikolu 4, li jipprojbixxi l-kummerċ tal-iskjavi fil-forom kollha tiegħu, u l-Artikolu 5 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-Artikoli 1, 3, 4, 5 u 6 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel Konferenza tan-Netwerk Ewro-Mediterranju dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li saret fil-Kajr fis-26 u s-27 ta' Jannar 2006, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Palermo tan-NU ta' l-2000 għall-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tat-Traffikar tal-Persuni, speċjalment tan-Nisa u tat-Tfal, sabiex tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Tranżnazzjonali Organizzata, speċjalment l-Artikoli 6 u 9 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kummerċ fil-Bnedmin adottata fl-20 ta' Settembru 2002, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin tal-2005, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2, l-Artikolu 6.1, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 17 (Kulħadd għandu d-dritt għall-protezzjoni tal-liġi kontra interferenzi u attakki bħal dawn) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 Rigward l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 ta’ magħha, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-21 ta’ Settembru 2010 li għamlet Catherine Ashton, Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, dwar il-priġunieri politiċi fl-Eritrea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi eluf ta' persuni li qed ifittxu l-ażil u migranti jitilfu ħajjithom u jisparixxu fis-Sinaj kull sena, filwaqt li oħrajn, inklużi ħafna nisa u tfal, jinsterqu u jinżammu ostaġġi għal somma flus minn traffikanti tal-bnedmin; billi l-vittmi tat-traffikanti tal-bnedmin jiġu abbużati bl-iktar modi inumani u jiġu soġġetti għal vjolenza u torturi sistematiċi, stupru u abbuż sesswali u xogħol furzat; |
|
B. |
billi f'Diċembru 2011, bosta individwi insterqu barra l-kamp tar-refuġjati tan-NU fis-Sudan minn traffikanti tal-bnedmin tat-tribù Rashaida; billi 27 minnhom, inklużi erba' bniet u mara b'tarbija, kienu Eritrej u ddaħlu f'Rafah fis-Sinaj Mahadya fl-Eġittu; |
|
C. |
billi fi ħdan il-grupp, in-nisa b'mod partikolari kienu msawta u trattati b'mod ħażin u xi wħud minnhom inqatlu u ġisimhom intefa' fid-deżert, u kien biss Solomon, raġel mill-Eritrea ta' 25 sena, li rnexxielu jaħrab minn idejn il-ħallelin; |
|
D. |
billi Solomon ġie salvat milli jġib l-ilma għal 125 priġunier mill-Eritrea, mis-Sudan u mill-Etjopja li kienu qed jinżamu fi djar u stalel fir-raħal ta' Al Mahdya, u Solomon jaf fejn qed jinżammu l-priġunieri u kien ukoll xhieda tal-qtil, it-torturi u l-istupri; |
|
E. |
billi ż-żgħażugħ mill-Eritrea żvela li wieħed mill-irġiel li kienu qed iżommu l-ħabsin wrieh borża tal-plastik li kien fiha orgni umani ta' refuġjat li ma ħallasx għall-ħelsien tiegħu innfisu; |
|
F. |
billi ħajjet Solomon tinsab f'periklu, peress li t-traffikanti tal-orgni umani qed jiġru warajh u saħansitra qiegħdu premju ta' $ 50 000 fuq mewtu u, għalissa, Solomon huwa protett mill-Bedwini Salafiti tax-Sheikh Mohamed; |
|
G. |
billi ġie rappurtat li madwar 2 000 persuna jidħlu fl-Iżrael mis-Sinaj kull xahar, u bosta minnhom għamlu dan bl-għajnuna ta' kutrabandisti li stabbilixxew newtwerk imdaqqas f'din iż-żona; billi, skont l-istimi tal-gvern Iżraeljan, madwar 50 000 Afrikan daħlu illegalment fl-Iżrael mis-Sinaj mill-2005; |
|
H. |
billi l-pulizija arrestat mijiet ta' immigranti illegali, qabel kollox mill-Eritrea, l-Etjopja u mis-Sudan, u żammithom f'għases tal-pulizija u f'ħabsijiet fis-Sinaj u fl-Eġittu ta' Fuq mingħajr aċċess għall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, u b'hekk ma ċaħdithom mid-dritt li jagħmlu talba għall-ażil; |
|
I. |
billi, skont l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, dawk li ma jħallsux il-prezz għall-ħelsien tagħhom jinqatlu, u l-orgni tagħhom jitneħħew u jinbiegħu; billi hemm rapporti ta' oqbra tal-massa ta' refuġjati maqtula; |
|
J. |
billi l-UE ripetutament stiednet lill-Eġittu u lill-Iżrael biex jiżviluppaw u jtejbu l-kwalità tal-għajnuna u l-protezzjoni li joffru lill-persuni li jfittxu l-ażil u lir-refuġjati li jgħixu fi jew jgħaddu mit-territorju tagħhom; |
|
K. |
billi l-Protokoll tan-NU għall-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tt-Traffikar tal-Persuni, speċjalment tan-Nisa u tat-Tfal, jiddefinixxi t-traffikar tal-persuni bħala "traffikar tal-bnedmin" tfisser ir-reklutaġġ, trasportazzjoni, trasferiment, ħabi jew riċeviment ta' persuni, permezz tat-theddida ta' jew l-użu tal-forza jew forom oħra ta' sfurzar, ħtif, frodi, qerq, abbuż tal-poter jew ta' pożizzjoni ta' vulnerabbiltà jew tal-għoti jew riċeviment ta' ħlas jew benefiċċji biex jinkiseb il-kunsens ta' persuna li għandha kontroll fuq persuna oħra, għall-fini ta' sfruttament; |
|
L. |
billi t-traffikar tal-bnedmin huwa negozju li jagħmel ħafna qligħ għall-kriminalità organizzata; |
|
1. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jintervjenu malajr sabiex jipprovdu protezzjoni effettiva u jqiegħdu lil Solomon fis-sikur, peress li t-traffikanti tal-orgni qed ifittxuh bir-reqqa u stabbilixxew premju ta' $ 50 000 fuq mewtu, minħabba l-fatt li jaf eżattament fejn qed jinżammu l-priġunieri; |
|
2. |
Jitlob lill-awtoritajiet Eġizzjani jipproteġu lil Solomon bħala vittma tat-traffikar tl-persuni, u lill-vittmi kollha tat-traffikar tal-persuni, speċjalment lin-nisa u lit-tfal, milli jsiru vittmi għal darb'oħra; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jinvestigaw dan il-każ mimli qtil, torturi u stupri, fejn nisa ġew imsawta u trattati ħażin, u xi wħud minnhom inqatlu u ġisimhom intefa' fid-deżert, billi japplikaw id-dritt nazzjonali u internazzjonali kontra dan it-tip ta' kriminalità organizzata fir-rigward tat-traffikar tal-bniedem; |
|
4. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jintervjenu mingħajr dewmien biex jiżguraw li dawn ir-refuġjati jinħelsu, u biex jittieħdu miżuri adegwati biex jiġu arrestati u sentenzjati l-membri tas-sindakati tat-traffikar; |
|
5. |
Jitlob lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jimplimentaw bis-sħiħ, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, il-prinċipji tal-Konvenzjonijiet li għalihom huwa firmatarju l-Eġittu, jiġifieri l-Konvenzjoni tan-NU tl-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati (u l-Protokoll Fakultattiv tagħha tal-1967), il-Konvenzjoni tal-OAU tal-1969 li Tiggverna l-Aspetti Speċifiċi tal-Problemi tar-Refuġjati fl-Afrika u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Migranti Ħaddiema kollha u l-Membri tal-Familji tagħhom, li ġiet ratifikata fl-1993 u li mbagħad daħlet fis-seħħ fl-2003; |
|
6. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex itemmu t-tortura, l-estorsjoni u t-traffikar tal-bnedmin tar-refuġjati mill-Eritrea u refuġjati ta' pajjiżi oħra, u biex iġibu quddiem il-ġustizzja dawk il-persuni kollha li jippruvaw jiksru d-drittijiet tal-bniedem tar-refuġjati u li jipprattikaw kwalunkwe forma ta' skjavitù, b'mod partikolari fir-rigward tan-nisa u tat-tfal; |
|
7. |
Ifaħħar l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tl-bniedem Eġizzjani u Iżraeljani, li jipprovdu għajnuna u trattament mediku lill-bittmi tat-traffikar tal-bniedem fis-Sinaj, u jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali u lill-UE biex jappoġġaw ix-xogħol ta' dawn l-organizzazzjonijiet; |
|
8. |
Jirrikonoxxi li l-migranti irregolari fis-Sinaj iġibu magħhom riskju ta' sigurtà għall-Eġittu u għall-Iżrael; madankollu jerġa' jħeġġeġ lill-forzi tas-sigurtà Eġizzjani u Iżraeljani jevitaw li jużaw forza qattiela kontra l-migranti illegali; |
|
9. |
Jenfasizza r-responsabilità tal-awtoritajiet eġizzjani u Iżraeljani li jwaqqfu lit-traffikanti tal-bnedmin fis-Sinaj kif ukoll li jipproteġu lill-vittmi; jilqa' l-isforzi tal-gvernijiet Ewġizzjan u Iżraeljan f'dan ir-rigward; jitlob madankollu li tingħata iktar għajnuna u appoġġ lill-vittmi, b'attenzjoni partikolari lin-nisa u t-tfal; |
|
10. |
Jilqa' l-isforzi tal-Eġittu fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, speċjalment it-twaqqif tal-Kumitat Nazzjonali ta' Koordinazzjoni għall-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin fl-2007, u jitlob lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jimplimentaw il-liġi tal-2010 kontra t-traffikar u jieħdu miżuri bħar-riċerka, l-informazzjoni u l-kampanji tal-mass midja u inizjattivi soċjali u ekonomiċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda tat-traffikar tal-bnedmin; |
|
11. |
Jinkoraġġixxi lill-Eġittu, lil Iżrael u lill-komunità internazzjonali jkomplu u jintensifikaw il-ġlieda tagħhom kontra d-dħul bil-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin fis-Sinaj; |
|
12. |
Jitlob għal aċċess sħiħ tal-aġenziji tan-NU u organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'żoni affettwati mill-kutrabandu u t-traffikar tal-bnedmin fis-Sinaj; |
|
13. |
Jitlob lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kummissjoni biex iqiegħdu dan is-suġġett fuq l-aġenda tad-djalogu politiku mal-Eġittu bħala kwistjoni ta' urġenza kbira, u biex iħeġġu lill-gvern ta' dan il-pajjiż biex jiġġieled kontra t-traffikar tal-bnedmin u biex jirrispetta l-obbligi tiegħu skont il-konvenzjonijiet internazzjonali tar-refuġjati, bl-għan li jippromwovi kooperazzjoni internazzjonali fit-teħid ta' azzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin; |
|
14. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli / Viċi President, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet Eġizzjan u Iżraeljan, lill-PArlament Eġizzjan u lill-Knesset Iżraeljan, u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0496.