Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0260

    Kawża T-260/13: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Mejju 2013 — Ryanair Holdings vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 189, 29.6.2013, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/28


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2013 — Ryanair Holdings vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-260/13)

    2013/C 189/58

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ryanair Holdings (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: G. Berrisch avukat, u D. Hull, Solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2013) 1106 finali, tas-27 ta’ Frar 2013, li tiddikjara amalgamazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.6663 — Ryanair/Aer Lingus III);

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball billi ddeċidiet, u naqset milli turi b’mod suffiċjenti fid-dritt, li l-amalgamazzjoni, kif emendata mill-impenji offruti mir-rikorrenti, jostakolaw il-kompetizzjoni fis-suq komuni b’mod sinjifikattiv. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjnalità, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta’ motivazzjoni.

    Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u kisret il-prinċipji msemmijin iktar ’il fuq fir-rigward (a) tal-impenji li jirrigwardaw it-trasferiment tal-operazzjonijiet ta’ Aer Lingus fuq 43 rotta li jikkoinċidu, lil Flybe Group plc; (b) l-impenji li jirrgwardaw ir-rotot Dublin-Londra, Cork-Londra, u Shannon-Londra; (ċ) l-impenji li jirrigwardaw l-operazzjonijiet ta’ Aer Arann fuq 43 rotta li jikkoinċidu fuq liema Flybe topera, u (d) l-impenji li jirrigwardaw ir-rotot li fuqhom il-Kummissjoni identifikat tħassib potenzjali dwar il-kompetitzzjoni.


    Top