Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0218

    Kawża T-218/13: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ April 2013 — Nutrexpa vs UASI — Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara Maria ORO)

    ĠU C 189, 29.6.2013, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/26


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2013 — Nutrexpa vs UASI — Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara Maria ORO)

    (Kawża T-218/13)

    2013/C 189/54

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Nutrexpa, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, M. Ferrándiz Avendaño u Y. Sastre Canet, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl (Milano, l-Italja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Frar 2013 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 2455/2011-1, li tiċħad it-talba għal trade mark Komunitarja figurattiva Nru 8 481 863“Cuétara Maria ORO” ta’ NUTREXPA sabiex tidentifika “frott u ħaxix ippreżervat, iffriżat, imnixxef u msajjar; ġèli, ġammijiet, frott ippreservat; prodotti tal-ħabib” (klassi 29) u “kafè, tè, kawkaw, tapjoka, sago, kafè artifiċjali; dqiq u preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; ħobż, għaġina u ħlewwiet, ġelati; għasel, għasel iswed; ħmira, trab tal-ħami; zlazi (kondimenti); gallettini” (klassi 30), li konsegwentement għandha tiġi rreġistrata mill-UASI;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Cuétara Maria ORO” — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 481 863 għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali li tinkludi l-element verbali “ORO” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top