Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0246

    Kawża T-246/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Mejju 2013 — Cat Media Pty vs UASI — Avon Products (RETANEW) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 189, 29.6.2013, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/24


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2013 — Cat Media Pty vs UASI — Avon Products (RETANEW)

    (Kawża T-246/12) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2013/C 189/49

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Cat Media Pty Ltd (Warriewood, l-Awstralja) (rappreżentant: I. De Freitas, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Avon Products, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: U. Stelzenmüller, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Marzu 2012 (Każ R 740/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Avon Products, Inc. u Cat Media Pty Ltd.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    (2)

    Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


    (1)  ĠU C 243, 11.08.2012


    Top