Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0198

    Kawża T-198/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Mejju 2013 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provvizorji — Valuri ta’ limitu għall-antimonju, l-arseniku, il-barju, iċ-ċomb u l-merkurju fil-ġugarelli — Rifjut tal-Kummissjoni li tapprova kompletament id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-awtoritajiet Ġermaniżi li jżommu valuri ta’ limitu għal dawn is-sustanzi — Talba għal miżuri provviżorji — Ammissibbiltà — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi” )

    ĠU C 189, 29.6.2013, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/23


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2013 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-198/12 R)

    (Proċeduri għal miżuri provvizorji - Valuri ta’ limitu għall-antimonju, l-arseniku, il-barju, iċ-ċomb u l-merkurju fil-ġugarelli - Rifjut tal-Kummissjoni li tapprova kompletament id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-awtoritajiet Ġermaniżi li jżommu valuri ta’ limitu għal dawn is-sustanzi - Talba għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi)

    2013/C 189/48

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Wiedmann, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u G. Wilms, aġenti)

    Suġġett

    Talba sabiex tinkiseb, fuq bażi provviżorja, l-approvazzjoni taż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-awtoritajiet Ġermaniżi li jistabbilixxu valuri ta’ limitu għall-antimonju, l-arseniku, il-barju, iċ-ċomb u l-merkurju fil-ġugarelli sakemm tingħata deċiżjoni fuq il-mertu mill-Qorti Ġenerali.

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tawtorizza ż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jistabbilixxu valuri ta’ limitu għall-antimonju, l-arseniku, il-barju, iċ-ċomb u l-merkurju fil-ġugarelli sakemm il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi r-rikors prinċipali.

    (2)

    Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud.

    (3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top