EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0392

Kawża T-392/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Mejju 2013 — Iran Transfo vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-Iran sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni” )

ĠU C 189, 29.6.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2013 — Iran Transfo vs Il-Kunsill

(Kawża T-392/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-Iran sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2013/C 189/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Iran Transfo (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J. P. Hix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), peress li din id-deċiżjoni tikkonċerna r-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran hija annullata, sa fejn din tikkonċerna Iran Transfo.

(2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/299, sa fejn din tikkonċerna Iran Transfo, għandhom jinżammu matul perijodu li ma jaqbiżx xahrejn u għaxart ijiem li jingħaddu mid-data li tiġi ppronunzjata din is-sentenza.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, barra mill-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti minn Iran Transfo.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 290, 01.10.2011.


Top