EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0508

Kawża T-508/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Mejju 2013 — Seba Diș Tįcaret ve Naklįyat vs UASI — von Eicken (SEBA TRADITION) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva SEBA TRADITION — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti JOHANN WILHELM VON EICKEN TRADIRION — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 189, 29.6.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2013 — Seba Diș Tįcaret ve Naklįyat vs UASI — von Eicken (SEBA TRADITION)

(Kawża T-508/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva SEBA TRADITION - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti JOHANN WILHELM VON EICKEN TRADIRION - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 189/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Seba Diș Tįcaret ve Naklįyat AȘ (Maltepe, it-Turkija) (rappreżentant: H. Wilde, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Joh. Wilh. von Eicken GmbH (Lübeck, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Rohnke u F. Thiering, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 559/2009-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Joh. Wilh. von Eicken GmbH u Seba Diș Tįcaret ve Naklįyat AȘ.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Seba Diș Tįcaret ve Naklįyat AȘ hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


Top