Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0437

    Kawża T-437/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Mejju 2013 — Gap granen & producten vs Il-Kummissjoni ( “Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Importazzjoni ta’ qamħ iebes ta’ kwalità għolja — Dazji fuq l-importazzjoni — Regolament (KE) Nru 919/2009 — Regolament (KE) Nru 1249/96 — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Dannu materjali — Rabta kawżali” )

    ĠU C 189, 29.6.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2013 — Gap granen & producten vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-437/10) (1)

    (Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Importazzjoni ta’ qamħ iebes ta’ kwalità għolja - Dazji fuq l-importazzjoni - Regolament (KE) Nru 919/2009 - Regolament (KE) Nru 1249/96 - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dannu materjali - Rabta kawżali)

    2013/C 189/32

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Gap SA granen & producten NV (Zoersel, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Ronse, A. Hansebout, K. Claeyé u J. Muyldermans, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B. Burggraaf, aġenti)

    Suġġett

    Rikors għad-danni ppreżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 340 TFUE intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara li ġew iffissati d-dazji fuq l-importazzjoni għall-qamħ iebes ta’ kwalità għolja permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 919/2009, tal-1 ta’ Ottubru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 915/2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 259, p 5).

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkumpensa d-dannu subit minn Gap SA granen & producten NV minħabba l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 919/2009, tal-1 ta’ Ottubru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 915/2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Ottubru 2009, sa fejn dan ir-regolament la kkunsidra l-kwotazzjoni fob u lanqas uża metodu ta’ kalkolu li jirrappreżenta l-ispejjeż reali għall-iffissar tad-dazji fuq l-importazzjoni għall-qamħ iebes ta’ kwalità għolja.

    (2)

    Gap SA granen & producten NV u l-Kummissjoni għandhom jibgħatu lill-Qorti Ġenerali, f’terminu ta’ sitt xhur mid-data tas-sentenza, l-ammonti li għandhom jitħallsu, inkluż l-interessi, stabbiliti bi qbil komuni.

    (3)

    Fin-nuqqas ta’ dan, Gap SA granen & producten NV u l-Kummissjoni għandhom jibgħatu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess terminu, it-talbiet tagħhom dwar il-kwantifikazzjoni tad-dannu.

    (4)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


    Top