Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0147

    Kawżi magħquda T-147/09 u T-148/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Mejju 2013 — Trelleborg Industrie u Trelleborg vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-manek marittimi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Kunċett ta’ ksur kontinwu jew ripetut — Preskrizzjoni — Ċertezza legali — Ugwaljanza fit-trattament — Multi — Gravità u tul tal-ksur” )

    ĠU C 189, 29.6.2013, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2013 — Trelleborg Industrie u Trelleborg vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-147/09 u T-148/09) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-manek marittimi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva - Kunċett ta’ ksur kontinwu jew ripetut - Preskrizzjoni - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Multi - Gravità u tul tal-ksur)

    2013/C 189/30

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Trelleborg Industrie SAS (Clermont-Ferrand, Franza) (Kawża T-147/09); u Trelleborg AB (Trelleborg, l-Isveżja) (Kawża T-148/09) (rappreżentanti: J. Joshua, barrister, u E. Aliende Rodríguez, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, V. Bottka u S. Noë, aġenti)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 428 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.406 — Manek marittimi), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew it-tnaqqis sostanzjali tal-multa li ġiet imposta fuqhom fl-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 1(g) u (h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 428 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.406 — Manek marittimi), huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-perijodu mit-13 ta’ Mejju 1997 sal-21 ta’ Ġunju 1999.

    (2)

    Hemm lok li l-bqija tar-rikors jiġi miċħud.

    (3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 153, 04.07.2009.


    Top