Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0223

    Kawża C-223/13: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ April 2013 — Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 189, 29.6.2013, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/10


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2013 — Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-223/13)

    2013/C 189/20

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M.K. Bultermann u J. Langer)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    l-ewwel nett, tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013, tal-1 ta’ Frar 2013, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (ĠU L 33, p. 14), sa fejn l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 93/2013 ma jistax jiġi sseparat mid-dispożizzjonijiet l-oħra tiegħu;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 93/2013;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

     

    L-ewwel motiv:

    Ksur tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 2494/95 (1) kif ukoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li bl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 93/2013, il-Eurostat huwa l-entità li jistabbilixxi manwal legalment vinkolanti u mhux il-Kummissjoni bħala istituzzjoni tal-Unjoni.

     

    It-tieni motiv:

    Ksur tal-Artikolu 338(1) TFUE peress li l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 93/2013 fir-rigward tal-kumpilazzjoni ta’ informazzjoni statistika jirreferi għal manwal minflok għal wieħed mill-istrumenti ġuridiċi elenkati fl-Artikolu 288 TFUE.

     

    It-tielet motiv:

    Ksur tal-Artikolu 5(3) u tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2494/95 flimkien mal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468 (2), peress li l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 93/2013 jistabbilixxi metodu ieħor differenti mill-proċedura regolatorja meħtieġa taħt ir-Regolament Nru 2494/95.

     

    Ir-raba’ motiv:

    Ksur tal-Artikoli 290 u 291 TFUE flimkien mar-Regolament Nru 182/2011 (3), peress li fl-istabbiliment u fl-iżvilupp tal-manwal la ġiet meħtieġa l-proċedura prevista fl-Artikolu 290 TFUE u lanqas l-proċeduri previsti fir-Regolament Nru 182/2011.


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 39.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124).

    (3)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, p. 13).


    Top