EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0179

Kawża C-179/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 12 ta’ April 2013 — Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs L.F. Evans

ĠU C 189, 29.6.2013, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ April 2013 — Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs L.F. Evans

(Kawża C-179/13)

2013/C 189/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

Konvenuta: L.F. Evans

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 2 u/jew 16 tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna bħal L.F. Evans, li hija ċittadina ta’ Stat Membru, li eżerċitat id-dritt ta’ moviment liberu tal-ħaddiema li huwa dritt tagħha, li fir-rigward tagħha kienet tapplika l-leġiżlazzjoni Olandiża fil-qasam tas-sigurtà soċjali u li sussegwentement ħadmet bħala membru tal-persunal fid-dipartiment tal-Konsulat Ġenerali tal-Istati Uniti tal-Amerka fil-Pajjiżi l-Baxxi, ma taqax iktar taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tar-Regolament Nru 1408/71 sa minn meta hija bdiet dawn l-attivitajiet?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

2a.

L-Artikoli 3 tar-Regolament Nru 1408/71 u/jew 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-applikazzjoni ta’ status ipprivileġġat fil-konfront ta’ L.F. Evans, li, f’dan il-każ jikkonsisti b’mod partikolari fl-assenza ta’ affiljazzjoni obbligatorja mal-assigurazzjonijiet soċjali u fl-assenza ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għal dan l-għan, għandha titqies bħala ġustifikazzjoni suffiċjenti għad-distinzjoni mwettqa minħabba n-nazzjonalità?

2b.

F’dan ir-rigward, x’importanza għandha tingħata lill-fatt li, meta mistoqsija dwar dan is-suġġett f’Diċembru 1999, L.F. Evans għażlet li żżomm l-istatus ipprivileġġat tagħha?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15).


Top