Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0489

Il-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistipola r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f’azzjonijiet indiretti taħt il-Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2012-2013) (COM(2011)0071 – C7-0076/2011 – 2011/0045(NLE))

ĠU C 153E, 31.5.2013, pp. 183–187 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 153/183


It-Tlieta 15 ta’ Novembru 2011
Il-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika *

P7_TA(2011)0489

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistipola r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f’azzjonijiet indiretti taħt il-Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2012-2013) (COM(2011)0071 – C7-0076/2011 – 2011/0045(NLE))

2013/C 153 E/34

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0071),

wara li kkunsidra l-Artikoli 7 u 10 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0076/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0345/2011),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jibdel it-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

(1)

Il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ għall-2012-2013, minn issa 'l quddiem "il-Programm Kwadru (2012-2013)", kien adottat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru …/…/Euratom tal- li jikkonċerna l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ (2012-2013). Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura l-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru (2012-2013) u l-programmi speċifiċi tiegħu, inklużi l-aspetti finanzjarji relatati.

(1)

Il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ għall-2012-2013, minn issa 'l quddiem "il-Programm Kwadru (2012-2013)", li kien adottat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru …/…/Euratom tal- li jikkonċerna l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ (2012-2013), huwa intiż biex jikkomplementa l-azzjonijiet l-oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tar-riċerka, li huma neċessarji għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari dawk relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, l-impjiegi u l-ambjent . Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura l-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru (2012-2013) u l-programmi speċifiċi tiegħu, inklużi l-aspetti finanzjarji relatati.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

 

(4a)

Il-Programm Kwadru (2012-2013) għandu jikkontribwixxi għall-ksib tal-Unjoni tal-Innovazzjoni li hija waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 billi tissaħħaħ il-kompetizzjoni bil-għan li tintlaħaq l-eċċellenza xjentifika u tkun aċċelerata l-implimentazzjoni tal-innovazzjonijiet ewlenin fil-qasam tal-enerġija nukleari, speċjalment fir-rigward tal-fużjoni u tas-sikurezza nukleari, filwaqt ukoll jkollu sehem biex jintlaqgħu l-isfidi tas-settur enerġetiku u tat-tibdil fil-klima.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

 

(4b)

It-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Qafas (2012 - 2013) għandhom ikuun bbażati fuq il-prinċipji tas-sempliċità, l-istabbiltà, it-trasparenza, iċ-ċertezza ġuridika, il-konsistenza, l-eċċellenza u l-fiduċja f' konformita' mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Kwadri għar-Riċerka (1).

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a)

Jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni u jkun hemm aktar infiq tal-baġit għall-inizjattivi komplementari għar-riċerka nukleari ta' bażi, b'mod partikolari rigward l-investiment fil-kapital uman u f'azzjonijiet immirati biex jittrattaw ir-riskju tas-skarsezzi tal-ħiliet fis-snin li ġejjin (eż. għotjiet lir-riċerkaturi fil-qasam nukleari) u t-telf konsegwenti tal-Unjoni tar-rwol tagħha li tmexxi.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a)

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp ta' arranġamenti kuntrattwali li jnaqqsu kemm r-riskju ta' inadempjenza kif ukoll l-allokazzjoni mill-ġdid tar-riskji u l-ispejjeż maż-żmien.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 8

(8)

Il-Programm Kwadru (2012-2013) għandu jippromwovi parteċipazzjoni mill-aktar reġjuni mbiegħda tal-Komunità, kif ukoll minn firxa wiesgħa ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet.

(8)

Il-Programm Kwadru (2012-2013) għandu jippromwovi parteċipazzjoni mill-aktar reġjuni mbiegħda tal-Komunità, kif ukoll minn firxa wiesgħa ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet, li l-attivitajiet ta' riċerka tagħhom għandhom jissejsu fuq ir-rispett tal-prinċipji etiċi fundamentali, speċjalment dawk stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 23 a (ġdida)

 

(23a)

L-implimentazzjoni tal-ITER fl-Ewropa, skont il-ftehim tal-21 ta' Novembru 2006 dwar l-istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Enerġija mill-Fużjoni ITER fil-kuntest tal-implimentazzjoni konġunta tal-proġett ITER, għandha tikkostitwixxi l-element ċentrali tal-attività ta' riċerka fil-qasam tal-fużjoni fl-ambitu tal-Programm Kwadru (2012-2013).

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Huma jistgħu jistabbilixxu wkoll, skont in-natura u l-għanijiet tal-azzjoni indiretta, kundizzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tat-tip ta' parteċipant u, fejn ikun xieraq, tal-post tal-istabbiliment.

Huma jistgħu jistabbilixxu wkoll, skont in-natura u l-għanijiet tal-azzjoni indiretta, kundizzjonijiet addizzjonali ġustifikati li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tat-tip ta' parteċipant u, fejn ikun xieraq, tal-post tal-istabbiliment.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

3.   Is-sejħiet għal proposti għandu jkollhom għanijiet ċari sabiex jiżguraw li l-applikanti ma jweġbux inutilment.

3.   Is-sejħiet għal proposti għandhom ikollhom objettivi kwantitattivi u kwalitattivi sabiex jiżguraw li l-applikanti ma jweġbux inutilment.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' eċċellenza, impatt u implimentazzjoni. F'dawn il-kundizzjonijiet, il-programmi ta' ħidma għandhom jispeċifikaw iktar il-kriterji għall-evalwazzjoni u l-għażla u jistgħu jżidu rekwiżiti, koeffiċjenti ta' importanza u limiti minimi addizzjonali, jew jistabbilixxu aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.

Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' eċċellenza, impatt u implimentazzjoni. F'dawn il-kundizzjonijiet, il-programmi ta' ħidma għandhom jispeċifikaw iktar il-kriterji għall-evalwazzjoni u l-għażla u jistgħu jżidu rekwiżiti, koeffiċjenti ta' importanza u limiti minimi addizzjonali ġustifikati b'mod ċar , jew jistabbilixxu aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     L-istadji kollha tal-proġett għandhom jiġu ottimizzati biex ma jkunx hemm dewmien u titħeġġeġ l-effikaċja tal-kostijiet. Dan jinvolvi l-aċċess għall-abbozz ta' programmi ta' ħidma, il-pubblikazzjoni tas-sejħiet għall-proposti, l-abbozzar tal-proposti, il-proċeduri tal-għażla u l-ħin meħud biex jiġu approvati u jitħallsu l-għotjiet.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat bilanċ raġonevoli bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta' esperti indipendenti .

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa meta jinħatru gruppi ta' esperti indipendenti sabiex jiġi żgurat bilanċ raġonevoli bejn is-sessi u bilanċ bejn l-Istati Membri li jwettqu riċerka u taħriġ fil-qasam nukleari .

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 a (ġdid)

 

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ adegwat bejn l-industrija (inklużi l-SMEs) u l-akkademiċi meta jkunu qegħdin jinħatru gruppi ta' esperti indipendenti.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e

e)

għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b’mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta’ telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta’ proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

e)

għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b’mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa mhux rikuperabbli fuq il-valur miżjud li ma tistax tinġabar, dazji, imgħaxijiet dovuti, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta’ proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2 – punt a

(a)

skont il-Kuntratti ta' Assoċjazzjoni b'rata li ma taqbiżx l-40 %: l-infiq fir-rigward ta' proġetti kooperattivi speċifiċi bejn l-Assoċjati li ġew rakkomandati għal appoġġ ta' prijorità mill-kumitat konsultattiv u approvati mill-Kummissjoni; l-appoġġ ta' prijorità ser jikkonċentra fuq azzjonijiet ta' rilevanza għall-ITER/DEMO, ħlief fil-każ ta' proġetti li diġà ngħataw status ta' prijorità matul programmi kwadri preċedenti ;

(a)

skont il-Kuntratti ta' Assoċjazzjoni b'rata li ma taqbiżx l-40 %: l-infiq fir-rigward ta' proġetti kooperattivi speċifiċi bejn l-Assoċjati li ġew rakkomandati għal appoġġ ta' prijorità mill-kumitat konsultattiv u approvati mill-Kummissjoni; l-appoġġ ta' prijorità jikkonċentra fuq esperimenti mmirati għall-ottimizzazzjoni tal-prestazzjonijiet tal-ITER u bħala sostenn għad-definizzjoni tal-programm DEMO ;


(1)   Testi adottati P7_TA(2010)0401.


Top