Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document 52011AP0483
Framework programme of the European Atomic Energy Community for nuclear research and training activities (indirect actions) * European Parliament legislative resolution of 15 November 2011 on the proposal for a Council decision concerning the specific programme, to be carried out by means of indirect actions, implementing the Framework Programme of the European Atomic Energy Community for nuclear research and training activities (2012 - 2013) (COM(2011)0073 – C7-0075/2011 – 2011/0043(NLE))
Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (azzjonijiet indiretti) * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet indiretti, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2012 - 2013) (COM(2011)0073 – C7-0075/2011 – 2011/0043(NLE))
Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (azzjonijiet indiretti) * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet indiretti, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2012 - 2013) (COM(2011)0073 – C7-0075/2011 – 2011/0043(NLE))
ĠU C 153E, 31.5.2013, pp. 171-176
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
31.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 153/171 |
It-Tlieta 15 ta’ Novembru 2011
Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (azzjonijiet indiretti) *
P7_TA(2011)0483
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet indiretti, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2012 - 2013) (COM(2011)0073 – C7-0075/2011 – 2011/0043(NLE))
2013/C 153 E/30
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0073), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0075/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0358/2011), |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||
|
Emenda 1 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 2 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Premessa 8 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 3 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 4 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 2 |
|||||
|
2. Il-programm ta' ħidma għandu jikkunsidra l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka mwettqa mill-Istati Membri, stati assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jiġi aġġornat meta jkun adatt. |
2. Il-programm ta' ħidma għandu jikkunsidra l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka mwettqa mill-Istati Membri, stati assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali , kif ukoll mill-industrija . Dan għandu jiġi aġġornat meta jkun adatt. |
||||
|
Emenda 5 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 3 |
|||||
|
3. Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom jiġu evalwati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta' finanzjament u jintgħażlu l-proġetti. Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' eċċellenza, impatt u implimentazzjoni. Jistgħu jiġu speċifikati jew ikkomplimentati wkoll fil-programm ta’ ħidma rekwiżiti addizzjonali, gradazzjonijiet u livelli limitu. |
3. Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom jiġu evalwati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta' finanzjament u jintgħażlu l-proġetti. Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' eċċellenza, impatt u implimentazzjoni. Jistgħu jiġu speċifikati jew ikkomplimentati wkoll fil-programm ta’ ħidma rekwiżiti, gradazzjonijiet u livelli limitu addizzjonali li jkunu ġġustifikati b'mod ċar . |
||||
|
Emenda 6 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||
|
|
2a. Il-kompożizzjoni tal-kumitat imsemmi fil-paragrafu 2 għandha fi kwalunkwe każ tkun tali li tiżgura bilanċ raġonevoli bejn in-nisa u l-irġiel u bejn l-Istati Membri li jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet ta' riċerka u taħriġ fil-qasam nukleari. |
||||
|
Emenda 7 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.A – punt 1 – paragrafu 3 |
|||||
|
L-attivitajiet ta' R&Ż li jappoġġaw il-kostruzzjoni tal-ITER ser jitwettqu fl-Assoċjazzjonijiet tal-Fużjoni u l-industriji Ewropej. Dawn ser jinkludu l-iżvilupp u l-ittestjar tal-komponenti u s-sistemi. |
L-attivitajiet ta' R&Ż li jappoġġaw il-kostruzzjoni tal-ITER ser jitwettqu fl-Assoċjazzjonijiet tal-Fużjoni u l-industriji Ewropej. Dawn ser jinkludu l-iżvilupp, l-ittestjar , il-validazzjoni u l-verifika tal-affidabilità tal-komponenti u s-sistemi affidabbli . |
||||
|
Emenda 8 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.A – punt 2 – inċiż 2 a (ġdid) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 9 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.A – punt 4 – inċiż 3 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 10 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.A – punt 6 |
|||||
|
Ir-realizzazzjoni tal-ITER fl-Ewropa, fil-qafas internazzjonali pprovdut mill-Organizzazzjoni ITER, ser iżżid b'dimensjoni Ewropea qawwija mal-infrastrutturi l-ġodda tar-riċerka. |
Ir-realizzazzjoni tal-ITER fl-Ewropa, fil-qafas internazzjonali pprovdut mill-Organizzazzjoni ITER, ser iżżid b'dimensjoni Ewropea qawwija mal-infrastrutturi l-ġodda tar-riċerka , u se timplika, fil-kuntest tal-programm Ewropew kumplimentari, il-ħolqien ta' infrastruttura ġdida għar-riċerka biex issostni l-esperiment ITER . |
||||
|
Emenda 11 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.B – introduzzjoni |
|||||
|
L-objettiv ġenerali hu t-titjib b'mod partikolari tas-sikurezza, il-prestazzjoni, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kosteffikaċja tal-fissjoni nukleari u tal-użijiet tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina. Ser jittieħdu azzjonijiet indiretti fil-fissjoni nukleari u r-protezzjoni mir-radjazzjoni fil-ħames oqsma prinċipali ta' attività speċifikati hawn taħt. Hemm konnessjonijiet importanti mar-riċerka fis-Seba' Programm Kwadru tal-Unjoni adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, partikolarment fl-oqsma tal-enerġija, l-istandards Ewropej, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa, ix-xjenza tal-materjali, il-governanza, l-infrastrutturi komuni, is-sigurtà u l-kultura tas-sikurezza. Il-kollaborazzjoni internazzjonli ser tkun karatteristika ewlenija tal-attivitajiet f'ħafna mill-oqsma ta’ attività, partikolarment sistemi nukleari avvanzati li qed jiġu investigati fil-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV. |
L-objettiv ġenerali hu t-titjib b'mod partikolari tas-sikurezza, il-prestazzjoni, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kosteffikaċja tal-fissjoni nukleari u tal-użijiet tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina. Ser jittieħdu azzjonijiet indiretti fil-fissjoni nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni fil-ħames oqsma prinċipali ta' attività speċifikati hawn taħt. Hemm konnessjonijiet importanti mar-riċerka fis-Seba' Programm Kwadru tal-Unjoni adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, partikolarment fl-oqsma tal-enerġija, l-istandards Ewropej, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa, ix-xjenza tal-materjali, il-governanza, l-infrastrutturi komuni, is-sigurtà u l-kultura tas-sikurezza , kif ukoll mal-proposti dwar il-fissjoni nukleari tal-Pjan Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija approvat mill-Kunsill f'Marzu 2008 . Il-kollaborazzjoni internazzjonali ser tkun karatteristika ewlenija tal-attivitajiet f'ħafna mill-oqsma ta’ attività, partikolarment sistemi nukleari avvanzati li qed jiġu investigati fil-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV. It-tul tipiku ta' ħajja skont id-disinn tal-ġenerazzjoni attwali ta' impjanti nukleari operattivi fl-Ewropa hija ta' 40 sena, u huma previsti estensjonijiet possibbli addizzjonali fit-tul ta' ħajja tagħhom. Iċ-ċentrali tal-Ġenerazzjoni III u l-Ġenerazzjoni IV, sikuri għall-ġejjieni, jimmiraw għal tul ta' ħajja ta' 60 sena jew aktar filwaqt li jimminimizzaw l-ispejjeż ta' operazzjoni u ta' manutenzjoni dovuti għaż-żmien. |
||||
|
Emenda 12 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.B – introduzzjoni – paragrafu 1 a (ġdid) |
|||||
|
|
Hemm ħtieġa ċara li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-IAEA dwar l-Istandards ta' Sikurezza applikabbli għall-faċilitajiet u l-attivitajiet nukleari kollha. Dawn l-istandards għandhom jiġu applikati b'mod wiesa' mid-disinjaturi, mill-manifatturi u mill-operaturi fl-oqsma tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, tal-mediċina, tal-industrija, tar-riċerka u tal-edukazzjoni. |
||||
|
Emenda 13 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.B – punt 1 – titolu |
|||||
|
Emenda 14 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.B – punt 1 – paragrafu 1 |
|||||
|
Permezz ta' riċerka orjentata lejn l-implimentazzjoni, biex tiġi stabilita bażi teknika u xjentifika tajba biex jintwerew it-teknoloġiji u d-disponiment sikur tal-fjuwil eżawrit u l-iskart radjoattiv ta’ ħajja twila f’formazzjonijiet ġeoloġiċi, u jiġi enfasizzat l-iżvilupp ta’ fehma Ewropea komuni fuq il-kwistjonijiet prinċipali li għandhom x’jaqsmu mal-immaniġjar u d-disponiment tal-iskart. |
Permezz ta' riċerka orjentata lejn l-implimentazzjoni, biex tiġi stabbilita bażi teknika u xjentifika tajba biex jintwerew it-teknoloġiji u d-disponiment sikur tal-fjuwil eżawrit u l-iskart radjoattiv ta’ ħajja twila , inkluż skart ta' ħajja twila li joriġinaw mid-dekummissjonament ta' impjanti tal-enerġija nukleari ċivili u ta' applikazzjonijiet ta' isotopi radjuattivi f 'attivitajiet tal-mediċina, tal-industrija, tal-agrikoltura, tar-riċerka u tal-edukazzjoni, f’formazzjonijiet ġeoloġiċi, u biex jiġi enfasizzat l-iżvilupp ta’ fehma Ewropea komuni fuq il-kwistjonijiet prinċipali li għandhom x’jaqsmu mal-immaniġjar u d-disponiment tal-iskart. |
||||
|
Emenda 15 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.B – punt 1 – paragrafu 2 |
|||||
|
Id-disponiment ġeoloġiku: L-istudji ta’ inġinerija u d-dimostrazzjoni ta’ disinji ta’ repożitorji, karatterizzazzjoni fuq il-post tal-blat repożitorju ospitanti (f'laboratorji tar-riċerka sotterranji kemm ġeneriċi kif ukoll speċifiċi għas-sit), fehim tal-ambjent repożitorju, studji dwar proċessi rilevanti fl-inħawi viċini (għamla tal-iskart u ostakoli artifiċjali) u fl-inħawi mbiegħda (sodda tal-blat u passaġġi għall-bijosfera), żvilupp ta' metodoloġiji robusti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u s-sikurezza u investigazzjoni tal-governanza u kwistjonijiet soċjetali relatati mal-aċċettazzjoni mill-pubbliku. |
Id-disponiment ġeoloġiku: L-istudji ta’ inġinerija u d-dimostrazzjoni ta’ disinji ta’ repożitorji, karatterizzazzjoni fuq il-post tal-blat repożitorju ospitanti (f'laboratorji tar-riċerka sotterranji kemm ġeneriċi kif ukoll speċifiċi għas-sit), fehim tal-ambjent repożitorju, studji dwar proċessi rilevanti fl-inħawi viċini (għamla tal-iskart u ostakoli artifiċjali) u fl-inħawi mbiegħda (sodda tal-blat u passaġġi għall-bijosfera), żvilupp ta' metodoloġiji robusti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u s-sikurezza u investigazzjoni tal-governanza u kwistjonijiet soċjetali relatati mal-aċċettazzjoni mill-pubbliku. Biex ikun hemm restrizzjoni fiżika aktar effikaċi ta' sostanzi radjuattivi f'każ ta' avvenimenti mhux antiċipati, jeħtieġ li jiġu implimentati sistemi sodi għaż-żamma tas-servizz li jinvolvu modi ta' operazzjoni degradati. |
||||
|
Emenda 16 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.B – punt 2 – paragrafu 2 |
|||||
|
Sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari: Is-sikurezza operazzjonali tal-installazzjonijiet nukleari attwali u futuri, speċjalment il-valutazzjoni u l-immaniġjar tal-ħajja operatorja tal-impjanti, il-kultura tas-sikurezza (minimizzar tar-riskju ta' żball uman jew organizzazzjonali), metodoloġiji avvanzati ta' valutazzjoni tas-sikurezza, għodod numeriċi ta' simulazzjoni, l-istrumentazzjoni u l-kontroll, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' aċċidenti gravi, ma' attivitajiet assoċjati biex jottimizzaw l-immaniġjar tal-għarfien u jżommu l-livell tal-kompetenzi. |
Sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari: Is-sikurezza operazzjonali tal-installazzjonijiet nukleari attwali u futuri, fejn jitqiesu b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tar-riċerka li saret waqt l-inċident f’Fukushima, speċjalment il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tal-ħajja operatorja tal-impjanti, il-kultura tas-sikurezza (minimizzar tar-riskju ta' żball uman jew organizzazzjonali), metodoloġiji avvanzati ta' valutazzjoni tas-sikurezza, għodod numeriċi ta' simulazzjoni, l-istrumentazzjoni u l-kontroll, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' aċċidenti gravi, ma' attivitajiet assoċjati biex jottimizzaw l-immaniġġjar tal-għarfien u jżommu l-livell tal-kompetenzi. Ħidma addizzjonali li għandha ssir bħala konsegwenza tal-inċident f’Fukushima għandha tinvolvi: reżistenza mtejba kontra l-effetti tat-terremoti, definizzjoni mill-ġdid ta' inċidenti li jkollhom karatteristiki li ma jkunu aktar gravi minn dawk previsti waqt il-fażi tad-disinn, l-analiżi ta' modi komuni li jwasslu għal ċediment fis-sistema, ġestjoni aħjar tal-emerġenzi, l-evitar tal-akkumulazzjoni tal-idroġenu minħabba reazzjonijiet ikkaġunati minn metall/fwar f’temperaturi għolja, ir-rikombinazzjoni tal-idroġenu, id-disinn ta' sistemi ta' filtrazzjoni/tindif li jifilħu għal pressa żejda tal-gass. |
||||
|
Emenda 17 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Anness – parti I – taqsima I.B – punt 2 – paragrafu 3 |
|||||
|
Sistemi nukleari avvanzati: L-effiċjenza mtejba tas-sistemi u l-fjuwils attwali u l-istudji tas-sistemi tar-reatturi avvanzati sabiex tiġi vvalutata r-reżistenza u l-impatti tal-proliferazzjoni potenzjali fuq is-sostenibilità fit-terminu t-twil, inkluż attivitajiet trasversali bażiċi u kruċjali ta’ riċerka (bħax-xjenza tal-materjali) u l-istudju taċ-ċellola tal-fjuwil, fjuwils innovattivi u aspetti tal-immaniġjar tal-iskart, inkluż il-kompartimentalizzazzjoni u t-trażmutazzjoni tal-użu aktar effiċjenti tal-materjal fissili f'reatturi eżistenti. |
Sistemi nukleari avvanzati: L-effiċjenza mtejba tas-sistemi u l-fjuwils attwali u l-istudji tas-sistemi tar-reatturi avvanzati sabiex tiġi vvalutata r-reżistenza u l-impatti tal-proliferazzjoni potenzjali fuq is-sostenibilità fit-terminu t-twil, inkluż attivitajiet trasversali bażiċi u kruċjali ta’ riċerka (bħax-xjenza tal-materjali) u l-istudju taċ-ċellola tal-fjuwil, fjuwils innovattivi u aspetti tal-immaniġġjar tal-iskart, inkluż il-kompartimentalizzazzjoni u t-trażmutazzjoni tal-użu aktar effiċjenti tal-materjal fissili f'reatturi eżistenti. L-attivitajiet imsemmija hawn fuq għandhom ikunu mmirati biex isostnu l-Inizjattiva għal Industrija Nukleari Sostenibbli (ESNII), li tnediet waqt il-konferenza dwar il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika organizzata mill-Presidenza Belġjana f'Novembru 2010, inkluż id-disinn tad-demostraturi ewlenin tar-riċerka ASTRID, ALLEGRO, ALFRED u MYRRHA. |
||||
(1) Testi adottati P7_TA (2010)0401