This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013XC0126(01)
Communication from the Commission — EU Guidelines for the application of State aid rules in relation to the rapid deployment of broadband networks
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband
ĠU C 25, 26.1.2013, pp. 1–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband
2013/C 25/01
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Il-konnettività mal-broadband hija ta' importanza strateġika għat-tkabbir Ewropew u għall-innovazzjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija u għall-koeżjoni soċjali u territorjali. L-Istrateġija Ewropa 2020 (“UE2020”) tenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tal-broadband bħala parti minn strateġija tat-tkabbir tal-UE għall-10 snin li ġejjin u tistabbilixxi miri ambizzjużi għall-iżvilupp tal-broadband. Waħda mill-inizjattivi ewlenin tagħha, l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (“ADE”) (1), tirrikonoxxi l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-broadband u tenfasizza l-importanza tiegħu għall-kompetittività, l-inklużjoni soċjali u l-impjiegi. L-ilħiq tal-għan tal-Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jiddependi wkoll mill-proviżjoni ta' aċċess mifrux u bi prezz konvenjenti għal infrastruttura u servizzi tal-internet b’veloċità għolja. Fattur kruċjali għall-Ewropa hu li twieġeb għall-isfida tal-iffinanzjar ta' infrastruttura tal-broadband ta' kwalità tajba u bi prezz konvenjenti biex tiżdied il-kompetittività u l-innovazzjoni tagħha, tipprovdi opportunitajiet ta’ xogħol għaż-żgħażagħ, tipprevjeni d-delokalizzazzjoni tal-attività ekonomika u tiġbed l-investimenti interni. L-ADE ttenni l-għan tal-UE2020 li l-broadband bażiku jkun disponibbli għall-Ewropej kollha sal-2013 u tfittex li tiżgura li, sal-2020, (i) l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għal Internet b’veloċitajiet ħafna ogħla ta’ aktar minn 30 Mbps u (ii) 50 % jew aktar tad-djar Ewropej jabbonaw għal konnessjonijiet tal-Internet ta’ 'l fuq minn 100 Mbps. |
|
(2) |
Sabiex jintlaħaq l-għan ta’ aċċess ta’ veloċitajiet tal-internet ogħla minn 30 Mbps, huwa stmat (2) li huwa meħtieġ sa EUR 60 biljun ta’ investiment u sa EUR 270 biljun għal mill-inqas 50 % tal-unitajiet domestiċi biex jaċċessaw konnessjonijiet tal-internet ogħla minn 100 Mbps (3). Investimenti bħal dawn għandhom jiġu primarjament minn investituri kummerċjali. Madankollu, ma jistgħux jintlaħqu l-għanijiet tal-ADE mingħajr ma jkun hemm is-sostenn permezz ta’ fondi pubbliċi. Għal din ir-raġuni, l-ADE tistieden lill-Istati Membri jużaw “il-finanzjament pubbliku f’konformità mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat” biex jilħqu l-kopertura, il-veloċità u l-adozzjoni tal-miri ta’ attwazzjoni definiti f'UE2020 (4). Huwa mistenni li d-domanda għal servizzi li jirrikjedu kapaċità għolja jiżdiedu fil-futur, hekk kif il-cloud computing, użu aktar intens tat-teknoloġiji peer to peer, in-netwerks soċjali u s-servizzi ta’ vidjow b'talba jiġu żviluppati aktar. |
|
(3) |
Is-settur tal-komunikazzjoni elettronika għadda minn proċess ta' liberalizzazzjoni bir-reqqa u issa huwa suġġett għal regolamentazzjoni settorjali. Il-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjoni elettronika jipprovdi wkoll regoli ta' armonizzazzjoni relatati mal-aċċess għall-broadband (5). Fir-rigward ta’ netwerks tradizzjonali tal-broadband, sa issa s-swieq bl-ingrossa huma suġġetti għal regolazzjoni ex ante f'ħafna mill-Istati Membri. L-approċċ regolatorju rnexxa biex irawwem swieq kompetittivi, biex iħeġġeġ l-investiment u biex iżid l-għażla tal-konsumaturi: pereżempju, l-ogħla kopertura u adozzjoni tal-broadband tinsab fl-Istati Membri fejn teżisti kompetizzjoni fl-infrastruttura, flimkien ma' regolamentazzjoni ex ante effettiva li tippromwovi l-kompetizzjoni fis-servizzi. Implimentazzjoni ulterjuri tan-netwerks tal-broadband u b’mod partikulari tan-netwerks ta’ Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (“NGA”) tkompli tirrekjedi l-intervent tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (“NRAs”) minħabba r-rwol tagħhom fis-settur tal-kommunikazzjoni elettronika. |
|
(4) |
Huwa aktar u aktar importanti li l-fondi pubbliċi jintużaw b’mod għaqli f’dan is-settur u li l-Kummissjoni tiżgura li l-għajnuna mill-Istat tkun kumplimentari u ma tissostitwixxix l-investimenti tal-operaturi fis-suq. Kwalunkwe intervent mill-Istat għandu jillimita kemm jista’ jkun ir-riskju li jaqta’ barra l-investimenti privati, li jbiddel l-inċentivi tal-investiment kummerċjali u fl-aħħar mill-aħħar li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni li tmur kontra l-interess komuni tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat (SAM), il-Kummissjoni tinnota li l-politika tal-għajnuna mill-Istat għandha tiffoka fuq l-iffaċilitar ta’ għajnuna mfassla sew immirata lejn fallimenti fis-suq u għanijiet ta’ interess Ewropew komuni (6). Il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkoreġu fallimenti fis-suq, biex b'hekk jittejjeb il-funzjonament effiċjenti tas-swieq u titkattar il-kompetittività. Barra minn hekk, jekk is-swieq jipprovdu riżultati effiċjenti imma dawn jiġu kkunsidrati bħala mhux sodisfaċenti mil-lenti tal-politika ta’ koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat tista' tintuża biex jinkiseb riżultat tas-suq li jkun aktar mixtieq u ġust. B'mod partikulari, intervent immirat sew mill-Istat fil-qasam tal-broadband jista' jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-“firda diġitali” (7) bejn żoni jew reġjuni fejn jiġu offruti servizzi tal-broadband kompetittivi u bi prezzijiet konvenjenti u nħawi fejn dan mhux il-każ. |
|
(6) |
Madankollu, kieku l-għajnuna mill-Istat għall-broadband kellha tintuża f'żoni fejn l-operaturi tas-suq normalment jagħżlu li jinvestu jew ikunu diġà investew, dan ikun jista' jimmina b’mod konsiderevoli sa mill-bidu nett l-inċentivi tal-investituri kummerċjali biex jinvestu fil-broadband. F'każijiet bħal dawn, l-għajnuna mill-Istat għall-broadband tista' tispiċċa biex issir kontroproduttiva għall-għan li wieħed ikun jixtieq jilħaq. L-għan tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-broadband huwa li jiġi żgurat li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jirriżultaw f'livell ogħla, jew f’rata aktar mgħaġġla, ta' kopertura u penetrazzjoni tal-broadband milli kien iseħħ mingħajr l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li jiġu appoġġati l-kwalità ogħla, is-servizzi bi prezz aktar konvenjenti u l-investimenti favur il-kompetizzjoni. L-effetti pożittivi tal-għajnuna għandhom jegħlbu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(7) |
B’reazzjoni għat-talba tal-Kummissjoni biex jagħmlu hekk fl-ADE, ħafna mill-Istati Membri żviluppaw strateġiji nazzjonali għall-broadband biex jintlaħqu l-għanijiet tal-ADE fit-territorji rispettivi tagħhom. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-istrateġiji jipprevedu l-użu ta’ fondi pubbliċi biex jestendu l-kopertura tal-broadband f’żoni fejn l-operaturi kummerċjali ma għandhom l-ebda inċentiv biex jinvestu fihom u biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni ta’ netwerks ta' aċċess b’veloċità għolja ħafna u tal-ġenerazzjoni li jmiss. |
|
(8) |
Dawn il-Linji Gwida jiġbru fil-qosor il-prinċipji tal-politika tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' netwerks tal-broadband inġenerali (it-Taqsima 2). Jispjegaw l-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji fil-valutazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna li jappoġġaw l-introduzzjoni rapida tal-broadband bażiku u n-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA) b’veloċità għolja ħafna (fit-Taqsima 3). Il-Kummissjoni se tapplika l-linji gwida meta tkun qed tivvaluta l-għajnuna mill-Istat għall-broadband. B'hekk tkabbar iċ-ċertezza legali u t-trasparenza tal-mod kif tieħu d-deċiżjonijiet. |
2. IL-PRINĊIPJI EWLENIN TAL-POLITIKA TAL-KUMMISSJONI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-BROADBAND
|
(9) |
Skont l-Artikolu 107 (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. Minn dan jirriżulta li sabiex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (a) il-miżura trid tkun mogħtija mir-riżorsi tal-Istat, (b) trid tkun tagħti vantaġġ ekonomiku lill-impriżi, (c) il-vantaġġ irid ikun selettiv u (d) jwassal għal distorsjoni jew jhedded li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni; (e) il-miżura trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
2.1. L-Artikolu 107(1) tat-TFUE: Preżenza ta’ għajnuna
|
(10) |
L-użu ta' riżorsi tal-Istat: It-trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat jista' jieħu ħafna forom bħalma huma għotjiet diretti, rifużjonijiet tat-taxxa (8), self b’imgħax favorevoli jew tipi oħra ta' kundizzjonijiet ta’ finanzjament preferenzjali. Ikunu involuti riżorsi mill-Istat ukoll jekk l-Istat jipprovdi benefiċċji mhux finanzjarji, pereżempju jinvesti fil-kostruzzjoni ta' (parti) mill-infrastruttura tal-broadband. Ir-riżorsi mill-Istat jistgħu jintużaw (9) fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. L-iffinanzjar minn fondi Ewropej bħall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (10) bl-istess mod jikkostitwixxi riżorsi mill-Istat, meta dawn il-fondi jkunu allokati skont id-diskrezzjoni ta’ Stat Membru (11). |
|
(11) |
Impriża: Il-miżuri tal-Istat li jappoġġaw l-investimenti tal-broadband is-soltu jittieħdu favur attività ekonomika bħall-kostruzzjoni, l-operat u l-għoti tal-aċċess għall-infrastruttura tal-broadband jew jippermettu t-twettiq tal-konnettività għall-utenti finali. Anki l-Istat innifsu jista’ jwettaq attività ekonomika meta jopera u jisfrutta l-infrastruttura tal-broadband, jew partijiet minnha, pereżempju permezz ta’ kumpanija interna jew bħala parti mill-amministrazzjoni tal-Istat. Il-bini ta’ infrastruttura ta’ netwerk tal-broadband bil-ħsieb tal-esplojtazzjoni kummerċjali futura tagħha mill-Istat jew minn operaturi terzi wkoll jikkostitwixxi attività ekonomika (12). L-introduzzjoni ta’ netwerk tal-broadband għal skopijiet mhux kummerċjali tista’ ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (13), għaliex il-bini tan-netwerk ma jiffavorixxi l-ebda impriża (14). Madankollu, jekk netwerk bħal dan jiġi sussegwentement miftuħ għall-użu tal-investituri jew l-operaturi tal-broadband, x'aktarx tkun involuta għajnuna mill-Istat (15). |
|
(12) |
Vantaġġ: Is-soltu l-għajnuna tingħata direttament lill-investituri tan-netwerk, li fil-biċċa l-kbira tal-każi jintgħażlu permezz ta' proċess ta' sejħa kompetittiva għall-offerti. Meta l-kontribut tal-Istat ma jkunx ipprovdut b’kundizzjonijiet normali ta’ suq u b’konsegwenza ta’ dan jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat skont il-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq (ara l-paragrafu (16) hawn taħt), l-użu ta’ proċess ta’ għażla kompetittiva għall-offerti jiżgura li kwalunkwe għajnuna tkun limitata għall-ammont minimu meħtieġ għall-proġett partikulari. Madankollu, dan ma jeliminax l-għajnuna, għax l-awtorità pubblika tibqa’ tipprovdi sussidju lill-offerent li jintgħażel (pereżempju fis-sens ta’ “diskrepanza tal-likwidità” jew kontribut mhux finanzjarju) u l-iskop ta’ proċedura bħal din ikun preċiżament l-għażla tal-benefiċjarju tal-għajnuna. L-appoġġ finanzjarju rċevut jippermetti lill-offerent li jintgħażel li jmexxi din l-attività kummerċjali b’kundizzjonijiet li kieku ma kinux ikunu disponibbli fis-suq. Minbarra l-benefiċjarju dirett tal-għajnuna, l-operaturi terzi li jiksbu aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura sussidjata jistgħu jkunu benefiċjarji indiretti (16). |
|
(13) |
Selettività: Il-miżuri tal-Istat li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' netwerks tal-broadband huma selettivi fin-natura tagħhom minħabba li dawn jimmiraw għal investituri tal-broadband u operaturi terzi li huma attivi biss f’ċerti sezzjonijiet tas-suq globali tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. B’kuntrast, fir-rigward tal-utenti kummerċjali finali tan-netwerk sussidjat (17), il-miżura tista’ ma tkunx selettiva sakemm l-aċċess għal infrastruttura sussidjata jkun miftuħ għas-setturi kollha tal-ekonomija. Is-selettività teżisti jekk l-implimentazzjoni tal-broadband tkun indirizzata speċifikament għal utenti kummerċjali ddedikati, pereżempju jekk l-appoġġ mill-Istat ikun immirat lejn l-implimentazzjoni ta' netwerk tal-broadband favur kumpaniji predeterminati li ma jkunux magħżula skont il-kriterji ġenerali applikabbli għall-qasam kollu li għalih l-awtorità awtorizzanti tkun responsabbli (18). |
|
(14) |
Distorsjoni tal-kompetizzjoni: Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”), appoġġ finanzjarju jew appoġġ mhux finanzjarju jwassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni minħabba li jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra (19). Minħabba l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil kompetitur, jista’ jkun li operaturi eżistenti jnaqqsu l-kapaċità jew li operaturi potenzjali jiddeċiedu li ma jidħlux f’suq ġdid jew f’żona ġeografika ġdida. Huwa probabbli li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jiżdiedu jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu pożizzjoni qawwija fis-suq. Meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun diġà dominanti f’suq, il-miżura tal-għajnuna tista' ssaħħaħ din id-dominanza billi ddgħajjef iżjed ir-restrizzjoni kompetittiva li l-kompetituri jkunu jistgħu jeżerċitaw. |
|
(15) |
Effett fuq il-kummerċ: Fl-aħħar nett, safejn l-intervent mill-Istat jista' jaffettwa lill-fornituri tas-servizzi minn Stati Membri oħrajn, (anki billi jiskoraġġixxi t-twaqqif tagħhom fl-Istati Membri inkwistjoni) ikollu wkoll effett fuq il-kummerċ ladarba s-swieq għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (is-swieq bl-ingrossa u bl-imnut tal-broadband) huma miftuħin għall-kompetizzjoni bejn l-operaturi u l-fornituri tas-servizz (20). |
2.2. L-assenza ta' għajnuna: l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq
|
(16) |
L-Artikolu 345 tat-TFUE jipprovdi li “[i]t-Trattati għandhom ikunu bla ebda preġudizzju għas-sistema ta' proprjetà fl-Istati Membri”. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, mill-prinċipju tat-trattament ugwali jirriżulta li l-kapital imqiegħed mill-Istat, direttament jew indirettament, għad-dispożizzjoni ta' impriża f'ċirkustanzi li jikkorrispondu għal kundizzjonijiet normali tas-suq ma jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat. Meta l-parteċipazzjoni fil-kapital jew l-injezzjoni ta' kapital minn investitur pubbliku ma jagħtux biżżejjed prospetti ta' profitabbiltà, lanqas fuq medda twila ta' żmien, tali intervent irid jitqies bħala għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE, u l-kompatibbiltà tiegħu mas-suq komuni trid tiġi evalwata biss fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni (21). |
|
(17) |
Fid-deċiżjoni tagħha ta' Amsterdam, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq fil-qasam tal-broadband (22). Kif enfasizzat f'din id-deċiżjoni, il-konformità ta' investiment pubbliku mat-termini tas-suq trid tintwera bl-akbar reqqa u b'mod komprensiv, permezz ta' parteċipazzjoni sinifikanti ta' investituri privati jew inkella permezz tal-eżistenza ta' pjan għaqli tan-negozju li juri redditu adegwat fuq l-investiment. Meta fil-proġett jieħdu sehem investituri privati, hija kundizzjoni sine qua non li huma jridu jassumu r-riskju kummerċjali marbut mal-investiment taħt l-istess termini u kundizzjonijiet tal-investitur pubbliku. Dan japplika wkoll għal forom oħra ta' appoġġ mill-Istat bħal self b’imgħax favorevoli jew garanziji (23). |
2.3. Għajnuna mill-Istat għall-implimentazzjoni tal-broadband bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali – Altmark u l-kompatibbiltà skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE
|
(18) |
F'ċerti każi, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li l-forniment ta' netwerk tal-broadband għandu jitqies bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”) skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE (24) u l-ġurisprudenza ta' Altmark (25) u jipprovdu l-finanzjament pubbliku fuq din il-bażi. F’dawn il-każijiet, il-miżuri tal-Istati Membri jridu jiġu vvalutati skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (26), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (27), il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta' servizz pubbliku (2011) (28) u r-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (29). Dawn id-dokumenti tal-Kummissjoni (imseħja kollettivament bħala “l-Pakkett tas-SIEĠ”) japplikaw ukoll għall-għajnuna mill-Istat għall-implimentazzjoni tal-broadband. Dan li ġej se juri biss l-applikazzjoni ta' xi wħud mill-prinċipji ċċarati f'dawn id-dokumenti għall-finanzjament tal-broadband, fid-dawl ta’ ċerti speċifiċitajiet settorjali. |
Id-definizzjoni tas-SIEĠ
|
(19) |
Rigward id-definizzjoni tas-SIEĠ, il-Kummissjoni diġà ċċarat, f'termini ġenerali, li l-Istati Membri ma jistgħux jgħaqqdu obbligi speċifiċi tas-servizz pubbliku ma' servizzi li diġà huma pprovduti jew li jistgħu jiġu pprovduti b'mod sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet, bħal ma huma l-prezz, karatteristiċi oġġettivi ta' kwalità, il-kontinwità u l-aċċess għas-servizz, li huma konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, minn impriżi li joperaw taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (30). |
|
(20) |
Jekk dan il-prinċipju jiġi applikat għas-settur tal-broadband, il-Kummissjoni tqis li f’żoni fejn investituri privati diġà investew f’infrastruttura ta' netwerk tal-broadband (jew qed ikomplu jifirxu n-netwerk) u diġà qed jipprovdu servizzi kompetittivi tal-broadband b'kopertura adegwata tal-broadband, il-ħolqien ta' infrastruttura parallela tal-broadband li tkun kompetittiva u ffinanzjata b'fondi pubbliċi ma jistax jitqies bħala SIEĠ skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE (31). Madankollu, fejn jista’ jintwera li investituri privati ma jkunux f’pożizzjoni li jipprovdu kopertura adegwata tal-broadband liċ-ċittadini jew lill-utenti kollha fil-futur qrib (32) u għalhekk iħallu parti sinifikanti tal-popolazzjoni mhux konnessa, jista’ jingħata kumpens għal servizz pubbliku lil impriża fdata bl-operat ta’ SIEĠ, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-komunikazzjoni tas-SIEĠ imsemmija hawn fuq. F'dan ir-rigward, in-netwerks li wieħed irid iqis biex jivvalutaw il-ħtieġa għal SIEĠ għandhom ikunu dejjem ta' tip paragunabbli, jiġifieri netwerks tal-broadband bażiku jew inkella netwerks tat-tip NGA. |
|
(21) |
Barra minn hekk, l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' infrastruttura tal-broadband tista' tikkwalifika bħala SĠEI biss jekk tali infrastruttura tipprovdi lill-utenti kollha f'żona partikulari b’konnettività universali, kemm għall-konsumaturi residenzjali kif ukoll għal dawk tan-negozju. L-appoġġ għall-konnessjoni ta' negozji biss ma tkunx biżżejjed (33). |
|
(22) |
In-natura obbligatorja tal-missjoni ta' SIEĠ timplika wkoll li l-fornitur tan-netwerk li jkun irid jiġi implimentat mhux se jkun jista' jirrifjuta l-aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura fuq bażi diskrezzjonarja u/jew diskriminatorja (għax, ngħidu aħna, jista' ma jkunx jagħmel sens kummerċjali li jipprovdi s-servizzi ta' aċċess f’żona partikulari). |
|
(23) |
Minħabba l-livell ta' kompetizzjoni li nkiseb minn mindu s-settur tal-komunikazzjoni elettronika ġie liberalizzat fl-Unjoni, u b'mod partikulari minħabba l-kompetizzjoni li teżisti llum fis-suq tal-broadband bl-imnut, għandu jkunu disponibbli għall-operaturi kollha interessati netwerk iffinanzjat pubblikament imwaqqaf fil-kuntest ta' SIEĠ. Hekk, l-għarfien ta' missjoni ta' SIEĠ għall-implimentazzjoni tal-broadband għandu jkun imsejjes fuq il-fornitura ta' infrastruttura passiva (34), newtrali (35) u miftuħa. Tali netwerk għandu jipprovdi lil dawk li jfittxu l-aċċess bil-forom kollha possibbli ta' aċċess għan-netwerk u jippermetti kompetizzjoni effettiva fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, b'mod li jiżgura l-fornitura ta' servizzi kompetittivi u bi prezz konvenjenti lill-utenti finali (36). |
|
(24) |
Għalhekk, il-missjoni ta' SIEĠ għandha tkopri biss l-implimentazzjoni ta' netwerk tal-broadband li jipprovdi konnettività universali u l-fornitura tas-servizzi relatati ta' aċċess bl-ingrossa, mingħajr ma tinkludi s-servizzi bl-imnut tal-komunikazzjoni (37). Fejn il-fornitur tal-missjoni ta' SIEĠ ikun ukoll operatur integrat vertikalment tal-broadband, għandhom jitpoġġew fis-seħħ salvagwardji adegwati sabiex jiġu evitati kwalunkwe kunflitt ta' interess, diskriminazzjoni bla bżonn jew vantaġġ indirett moħbi ieħor (38). |
|
(25) |
Minħabba li s-suq għall-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa liberalizzat għal kollox, missjoni ta’ SIEĠ għall-implimentazzjoni tal-broadband ma tistax tkun ibbażata fuq l-għoti ta' jedd esklużiv jew speċjali lill-fornitur tas-SIEĠ skont it-tifsira tal-Artikolu 106(1) tat-TFUE. |
Kalkolu tal-kumpens u restituzzjoni
|
(26) |
Għall-kalkolu tal-kumpens tas-SIEĠ il-prinċipji tal-pakkett tas-SIEĠ japplikaw b'mod sħiħ. Madankollu, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-broadband, huwa utli li żżid kjarifika għall-SIEĠ intenzjonat li jkopri ż-żoni ġirien mhux konnessi jew id-distretti (hekk imsejħa “white spots”) f'żoni usa' fejn xi operaturi diġà jkunu implimentaw l-infrastruttura tan-netwerk tagħhom stess jew jistgħu jippjanaw li jagħmlu hekk fil-futur qarib. F’każijiet fejn iż-żona li għaliha jkun fdat is-SIEĠ ma tkunx limitata biss għall-“white spots”, minħabba d-daqs jew il-post tagħhom, il-fornitur tas-SIEĠ jista’ jkollu bżonn jimplimenta netwerk ta' infrastruttura anke fiż-żoni li jrendu qligħ li jkunu diġà koperti minn operaturi kummerċjali. F’sitwazzjoni bħal din, kwalunkwe kumpens mogħti għandu jkopri biss l-ispejjeż għall-introduzzjoni ta’ infrastruttura fil-white spots fejn mhemmx qligħ, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli (39). |
|
(27) |
F'ħafna ċirkustanzi, jista' jkun xieraq li l-ammont ikkumpensat jiġi ffissat fuq bażi ex ante, sabiex ikopri d-diskrepanza mistennija tal-likwidità fuq perjodu partikulari, minflok ma jistabbilixxi l-kumpens sempliċiment fuq il-bażi tal-ispejjeż u d-dħul hekk kif iseħħu. Fil-mudell preċedenti, tipikament hemm aktar inċentivi għall-kumpanija biex trażżan l-ispejjeż u tiżviluppa n-negozju maż-żmien (40). Fejn missjoni ta’ SIEĠ għall-implimentazzjoni ta’ netwerk tal-broadband ma tkunx ibbażata fuq l-implimentazzjoni ta' infrastruttura bi sjieda pubblika, għandhom jitpoġġew fis-seħħ mekkaniżmi adegwati ta' reviżjoni u ta' rkupru sabiex jiġi evitat li l-fornitur tas-SIEĠ jikseb vantaġġ bla bżonn billi jżomm is-sjieda tan-netwerk li jkun ġie ffinanzjat b'fondi pubbliċi meta tiskadi l-konċessjoni tas-SIEĠ. |
2.4. Miżuri amministrattivi u regolatorji li jappoġġaw l-introduzzjoni tal-broadband u li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat
|
(28) |
Kif spjegat ukoll fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Broadband (41), l-Istati Membri jistgħu jagħżlu diversi tipi ta' miżuri sabiex iħaffu l-implimentazzjoni tal-broadband, u b’mod partikulari netwerks NGA, minbarra li jipprovdu finanzjament dirett lill-kumpaniji. Dawn il-miżuri mhux bilfors iridu jkunu jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(29) |
Ġaladarba ġeneralment parti kbira mill-ispiża tal-implimentazzjoni tan-netwerks NGA qiegħda fix-xogħol ta' inġinerija ċivili (42), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu skont il-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ngħidu aħna, li jiffaċilitaw il-proċess tal-akkwist ta' jeddijiet ta' mogħdija, jitolbu li l-operaturi tan-netwerks jikkoordinaw ix-xogħlijiet ta' inġinerija ċivili tagħhom u/jew li jaqsmu bejniethom parti mill-infrastruttura tagħhom. Bl-istess mod, Stat Membru jista’ jitlob li għal kwalunkwe xogħlijiet strutturali ġodda (inklużi netwerks ġodda tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport jew tad-drenaġġ) u/jew binjiet, trid titqiegħed konnessjoni xierqa għal NGA. Il-partijiet terzi jistgħu wkoll ipoġġu l-infrastruttura ta' netwerk passiv tagħhom bi spejjeż tagħhom meta jitwettqu xogħlijiet ġenerali ta' inġinerija ċivili fi kwalunkwe każ. Din l-opportunità għandha tiġi offruta b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju lill-operaturi interessati kollha u fil-prinċipju għandha tkun miftuħa għall-utenti potenzjali kollha u mhux biss għall-operaturi elettroniċi biss (jiġifieri servizzi essenzjali tal-elettriku, il-gass, l-ilma, eċċ.) (43). Inventarju ċentralizzat tal-infrastruttura eżistenti (sussidjat jew mod ieħor), possibilment li jinkludi wkoll xogħlijiet ippjanati, jista’ jgħin fl-introduzzjoni tal-broadband kummerċjali (44). L-infrastruttura eżistenti ma tikkonċernax biss l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, bħall-infrastruttura bil-wajers, bla wajers jew satellitari, iżda wkoll l-infrastrutturi alternattivi (drenaġġ, toqob tal-ispezzjonar, eċċ.) ta’ industriji oħra (bħalma huma s-servizzi pubbliċi) (45). |
2.5. L-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE
|
(30) |
Meta intervent mill-Istat għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-broadband ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fit-Taqsima (9), il-kompatibbiltà tiegħu ġeneralment tiġi evalwata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107 (3) (c) tat-TFUE (46). S’issa, awtoritajiet reġjonali u lokali adottaw mudelli differenti ta' interventi. Lista mhux eżawrjenti ta’ dawn il-mudelli tinsab fl-Anness. Apparti minn dawk deskritti fl-anness, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu wkoll jiżviluppaw mudelli oħra ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-broadband (47). Għat-tipi kollha ta' forom ta’ interventi, iridu jiġu applikati l-kriterji ta’ kompatibbiltà kollha stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida (48). |
|
(31) |
Proġetti tal-broadband li jirċievu għajnuna mill-Istat jistgħu jiġu implimentati f’żoni assistiti fis-sens tal-Artikolu 107(3) (a) u (c) tat-TFUE, u r-regoli speċifiċi dwar l-Għajnuna Reġjonali (49). F’dan il-każ, l-għajnuna għall-broadband tista’ tikkwalifika bħala għajnuna għal investiment inizjali skont ir-regoli dwar l-għajnuna reġjonali. Meta miżura taqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' regoli bħal dawn, u meta tkun maħsuba biex tagħti għajnuna ad hoc individwali lil ditta waħda, jew għajnuna limitata għal qasam wieħed ta' attività, l-Istat Membru huwa responsabbli li juri li l-kundizzjonijiet tar-regoli dwar l-għajnuna reġjonali jkunu ġew issodisfati. Dan jinkludi b'mod partikulari li l-proġett inkwistjoni jikkontribwixxi għal strateġija koerenti għall-iżvilupp reġjonali u li, meta wieħed iqis in-natura u d-daqs tal-proġett, ma jkunx se jwassal għal distorsjonijiet mhux aċċettabbli tal-kompetizzjoni. |
Ħarsa ġenerali lejn il-prinċipji komuni ta' kompatibbiltà
|
(32) |
Fil-valutazzjoni skont l-Artikolu 107 (3) (c) tat-TFUE, il-Kummissjoni tiżgura li l-impatt pożittiv tal-miżura ta' għajnuna biex jintlaħaq għan ta' interess komuni jegħleb l-effetti negattivi potenzjali tagħha, bħad-distorsjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni. Dan l-eżerċizzju jitwettaq f'żewġ partijiet. |
|
(33) |
L-ewwel nett, kull miżura ta' għajnuna trid tikkonforma mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta' hawn taħt. In-nuqqas ta' konformità ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin se twassal li għajnuna tiġi ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern.
|
|
(34) |
It-tieni nett, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha, il-Kummissjoni tibbilanċja l-effetti pożittivi tal-miżuri ta' għajnuna fil-ksib ta' għan ta' interess komuni kontra l-effetti negattivi potenzjali. |
|
(35) |
Il-passi individwali tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-broadband huma stabbiliti f'aktar dettall fil-paragrafi li ġejjin. |
(1)
|
(36) |
Fir-rigward tal-għan ta’ interess komuni, il-Kummissjoni se tevalwa sa liema punt l-intervent ippjanat jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess komuni spjegati hawn fuq kif speċifikati ulterjorment fl-ADE. |
(2)
|
(37) |
Ikun hemm “falliment tas-suq” jekk is-swieq, li jitħallew ifendu għal rashom, ma jintervjenux u jonqsu milli jagħtu eżitu effiċjenti għas-soċjetà. Dan jista' jseħħ pereżempju meta ċerti investimenti ma jkunux qed iseħħu anke jekk il-benefiċċju ekonomiku għas-soċjetà jegħleb l-ispejjeż (50). F’każijiet bħal dawn, l-għoti ta' għajnuna mill-Istat jista' jipproduċi effetti pożittivi u l-effiċjenza ġenerali tista’ titjieb billi jiġu aġġustati l-inċentivi ekonomiċi għall-impriżi. Fis-settur tal-broadband, waħda mill-forom ta' falliment tas-suq hija relatata mal-esternalitajiet pożittivi. Tali esternalitajiet jinqalgħu meta l-operaturi fis-suq ma jinternalizzawx il-benefiċċju sħiħ tal-azzjonijiet tagħhom. Pereżempju, id-disponibbiltà tan-netwerks tal-broadband twitti t-triq għall-forniment ta’ aktar servizzi u għall-innovazzjoni, li probabbli t-tnejn li huma jibbenefikaw aktar nies minnhom milli l-abbonati immedjati tan-netwerk. Għalhekk, ir-riżultat tas-suq ma jiġġenerax biżżejjed investiment privat fin-netwerks tal-broadband. |
|
(38) |
Minħabba l-ekonomija tad-densità, l-implimentazzjoni tan-netwerks tal-broadband ġeneralment tkun aktar profittabbli meta t-talba potenzjali tkun akbar u kkonċentrata, jiġifieri f’żoni fejn ikun hemm densità għolja ta' popolazzjoni. Minħabba l-ispejjeż fissi tal-investiment għolja, l-ispejjeż għal kull unità jiżdiedu b'mod sinifikanti hekk kif id-densità tal-popolazzjoni tonqos (51). Għaldaqstant, meta jiġu implimentati fuq termini kummerċjali, in-netwerks tal-broadband għandhom tendenza li jkopru bi qligħ parti biss tal-popolazzjoni. Madankollu, kif rikonoxxut fl-ADE, aċċess mifrux u bi prezzijiet konvenjenti għall-broadband jiġġenera esternalitajiet pożittivi minħabba l-abbiltà tiegħu li jħaffef it-tkabbir u l-innovazzjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija. Fejn is-suq ma jipprovdix biżżejjed kopertura tal-broadband jew il-kundizzjonijiet tal-aċċess ma jkunux adegwati, l-għajnuna mill-Istat tista' tgħin biex jiġi rrimedjat dan il-falliment tas-suq. |
|
(39) |
It-tieni għan possibbli ta’ interess komuni huwa relatat mal-ekwità. Il-gvernijiet jistgħu jagħżlu li jintervjenu biex jikkoreġu l-inugwaljanzi soċjali jew reġjonali ġġenerati minn riżultat tas-suq. F’ċerti każi, wieħed jista' juża l-għajnuna mill-Istat għall-broadband bħala għodda biex jintlaħqu għanijiet relatati mal-ekwità, jiġifieri bħala mod kif jitjieb l-aċċess għal mezz essenzjali ta' komunikazzjoni u parteċipazzjoni fis-soċjetà, kif ukoll il-libertà tal-espressjoni għall-membri kollha tas-soċjetà, u b'hekk titjieb il-koeżjoni soċjali u territorjali. |
(3)
|
(40) |
L-intervent pubbliku b’appoġġ għan-netwerks tal-broadband jista' jseħħ fil-livell Statali, reġjonali jew muniċipali (52). Għalhekk, il-koordinazzjoni tad-diversi interventi hija essenzjali biex ikunu evitati x-xogħol doppju u l-inkoerenza. Biex tiġi żgurata l-konsistenza u l-koordinazzjoni tal-interventi lokali, huwa neċessarju li jiġi żgurat livell għoli ta’ trasparenza tal-inizjattivi lokali. |
|
(41) |
Kull fejn ikun possibbli, u b’mod li jiġu rispettati l-kompetenzi u l-ispeċifiċitajiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu skemi nazzjonali li jiddefinixxu l-prinċipji ewlenin li huma l-bażi tal-inizjattivi pubbliċi u li jindikaw l-aktar karatteristiċi rilevanti tan-netwerks ippjanati (53). L-iskemi qafas nazzjonali għall-iżvilupp tal-broadband jiżguraw il-koerenza fl-użu tal-fondi pubbliċi, jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq awtoritajiet awtorizzanti ż-żgħar u jħaffu l-implimentazzjoni tal-miżuri individwali ta' għajnuna. Aktar minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħtu gwida ċara fil-livell ċentrali għall-implimentazzjoni ta' proġetti broadband iffinanzjati permezz tal-għajnuna mill-Istat. |
|
(42) |
Ir-rwol tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (ARN) fit-tfassil ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat favur il-kompetizzjoni b'appoġġ għall-broadband huwa partikolarment importanti. L-ARN kisbu għarfien tekniku u espert minħabba r-rwol kruċjali assenjat lilhom b’regolament settorjali (54). Huma jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jappoġġaw lill-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna mill-Istat u għandhom jiġu kkonsultati meta jkunu qed jiġu identifikati żoni fil-mira. L-ARN għandhom jiġu kkonsultati wkoll fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezzijiet u l-kundizzjonijiet tal-aċċess bl-ingrossa u fis-soluzzjoni ta’ tilwim bejn dawk li jfittxu l-aċċess u l-operatur tal-infrastruttura sussidjata. L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu riżorsi meħtieġa lill-ARN biex jagħtu appoġġ bħal dan. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jipprovdu bażi legali xierqa għal tali involviment tal-ARN fil-proġetti broadband li jirċievu għajnuna mill-Istat. Biex iżommu mal-aħjar prassi, l-ARN għandhom jippubblikaw linji gwida għall-awtoritajiet regolatorji li jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar l-analiżi tas-suq, prodotti ta' aċċess bl-ingrossa u prinċipji tal-ipprezzar li jqisu l-Qafas Regolatorju għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u Rakkomandazzjonijiet relattivi ppubblikati mill-Kummissjoni (55). |
|
(43) |
Barra l-involviment tal-ARN, l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni jistgħu wkoll jipprovdu pariri siewja, b’mod partikulari fir-rigward ta’ skemi qafas kbar, li jgħinu biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni għall-operaturi li jitfgħu l-offerti tagħhom u biex jiġi evitat li jiġi allokat lil operatur wieħed sehem għoli b’mod sproporzjonat ta' fondi mill-Istat, u b'hekk tissaħħaħ il-pożizzjoni (possibbilment diġà dominanti) tiegħu fis-suq (56). Apparti r-rwol tal-ARN, xi Stati Membri waqqfu ċentri tal-kompetenza nazzjonali biex jgħinu lil awtoritajiet żgħar u lokali biex ifasslu miżuri xierqa ta' għajnuna mill-Istat u jiżguraw il-konsistenza fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif speċifikat f'dawn il-Linji Gwida (57). |
|
(44) |
Sabiex il-miżura titfassal b’mod xieraq, it-test tal-ibbilanċjar jitlob ukoll li l-għajnuna mill-Istat tkun strument ta' politika xieraq biex tiġi indirizzata l-problema. F'dan ir-rigward, filwaqt li f'bosta każi r-regolament ex ante ffaċilita l-implimentazzjoni tal-broadband f’żoni urbani u f’żoni b'densità ogħla tal-popolazzjoni, dan jaf ma jkunx strument suffiċjenti biex ikun jista' jseħħ il-forniment tas-servizz tal-broadband, speċjalment f’żoni li mhumiex moqdijin tajjeb fejn il-qligħ inerenti tal-investiment ikun baxx (58). Bl-istess mod, għalkemm jistgħu jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-penetrazzjoni tal-broadband (59), miżuri min-naħa tad-domanda favur il-broadband (bħal vawċers għall-utenti finali) mhux dejjem jistgħu jsolvu n-nuqqas tal-fornitura tal-broadband (60). Għaldaqstant, f’ċerti sitwazzjonijiet, jista' ma jkun hemm l-ebda triq ħlief dik li jingħata finanzjament pubbliku sabiex jingħeleb in-nuqqas ta' possibbiltà ta' konnettività mal-broadband. L-awtoritajiet awtorizzanti jqisu wkoll (ri)allokazzjonijiet tal-ispettru li jwasslu għall-introduzzjoni possibbli tan-netwerk fiż-żoni fil-mira li jistgħu jiksbu l-għanijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti mingħajr id-dispożizzjoni ta' għotjiet diretti. |
(4)
|
(45) |
Rigward l-effett ta’ inċentiv tal-miżura, wieħed irid jeżamina jekk l-investiment ikkonċernat f'netwerk tal-broadband kienx isir fl-istess perjodu mingħajr l-ebda għajnuna mill-Istat. Meta operatur ikun soġġett għal ċerti obbligi biex ikopri ż-żona fil-mira (61), jista’ ma jkunx eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, peress li probabbli din tal-aħħar ma jkollhiex effett ta’ inċentiv. |
(5)
|
(46) |
Fil-valutazzjoni tal-karattru proporzjonali tal-miżuri nnotifikati, il-Kummissjoni enfasizzat għadd ta' kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi mminimizzata l-għajnuna mill-Istat involuta u d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, kif spjegat f'aktar dettall fit-Taqsimiet li ġejjin. |
(6)
|
(47) |
Madankollu, il-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju kaġun tal-għajnuna jista’ jkollha wkoll effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Is-sinifikat tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni jista’ jiġi evalwat f’termini tal-effetti fuq il-kompetituri. Jekk il-kompetituri jaraw nuqqas fil-profitabbiltà tal-investiment preċedenti tagħhom minħabba l-għajnuna, jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-investiment futur tagħhom stess jew anke jirtiraw mis-suq għalkollox (62). Barra minn hekk, fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna li jrid jintgħażel wara proċess ta’ għażla kompetittiva x’aktarx se jkun impriża li diġà hija dominanti f’suq jew tista’ ssir dominanti minħabba investiment iffinanzjat mill-Istat, il-miżura ta' għajnuna tista’ ddgħajjef il-limitu kompetittiv li l-kompetitturi jeżerċitaw. Barra minn hekk, jekk miżura ta’ għajnuna mill-Istat jew il-kundizzjonijiet mehmużin magħha (inkluż il-metodu ta’ ffinanzjar meta jifforma parti integrali minnha) jinvolvu vjolazzjoni mhux separabbli tal-liġi tal-UE, l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern (63). |
(7)
|
(48) |
L-għajnuna tingħata b'mod trasparenti; b'mod partikulari, għandu jiġi żgurat li l-Istati Membri, l-operaturi ekonomiċi, il-pubbliku interessat u l-Kummissjoni jkollhom aċċess faċli għall-atti rilevanti kollha u għall-informazzjoni pertinenti dwar l-għajnuna li tingħata taħthom. Id-dettalji tal-ħtiġijiet għat-trasparenza huma speċifikati fil-paragrafu 3.4. |
(8)
|
(49) |
Skema ta’ għajnuna mill-Istat għall-broadband li tkun imfassla bir-reqqa għandha tiżgura li l-bilanċ globali tal-effetti tal-miżura jkun pożittiv. |
|
(50) |
F'dan ir-rigward, l-effett tal-miżura tal-għajnuna mill-Istat jista’ jiġi deskritt bħala bidla tal-attività meta mqabbel ma’ x’kien jiġri mingħajr l-għajnuna. L-effetti pożittivi tal-għajnuna huma marbuta direttament mal-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Din il-bidla għandha tippermetti li jintlaħaq l-għan mixtieq ta' interess komuni. Fis-settur tal-broadband, l-għajnuna twassal għall-introduzzjoni ta’ infrastruttura ġdida li ma kinitx tkun teżisti f’ċirkustanzi differenti, u b’hekk twassal għal kapaċità u veloċità addizzjonali fis-suq kif ukoll għal prezzijiet orħos u għażla aħjar għall-konsumaturi, għal kwalità ogħla u għall-innovazzjoni. Dan iwassal ukoll għal aktar aċċess għall-konsumaturi għal riżorsi onlajn u, flimkien ma' protezzjoni tal-konsumatur miżjuda f'dan il-qasam, huwa probabbli li jqanqal żieda fid-domanda. Dan jikkontribwixxi għat-tlestija ta' Suq Uniku Diġitali u joħloq benefiċċji għall-ekonomija tal-UE kollha kemm hi. |
|
(51) |
Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tikkunsidra sa liema punt in-netwerk sussidjat se jkun kapaċi jiżgura “bidla fil-pass” f'termini ta' disponibbiltà tal-broadband. “Bidla fil-pass” tista’ tintwera jekk b’riżultat tal-intervent pubbliku (1) l-offerent magħżul jagħmel investimenti ġodda sinifikanti fin-netwerk tal-broadband (64) u (2) l-infrastruttura sussidjata ġġib magħha kapaċitajiet ġodda sinifikanti għas-suq f’termini ta’ disponibbiltà u kapaċità (65), veloċitajiet u kompetizzjoni tas-servizz tal-broadband (66). Il-bidla fil-pass titqabbel ma' dik ta' introduzzjonijiet tan-netwerk eżistenti kif ukoll dawk ippjanati b'mod konkret. |
|
(52) |
Barra minn hekk, sabiex jiżgura li l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni jitnaqqsu, iridu jiġu ssodisfati għadd ta' kundizzjonijiet fit-tfassil tal-miżura ta' għajnuna, kif speċifikat hawn taħt fit-taqsima (77). |
|
(53) |
Sabiex tkompli tiżgura li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni hija limitata, il-Kummisjoni tista' titlob li ċerti skemi jkunu soġġetti għal limitu ta' żmien (normalment ta' 4 snin jew anqas) u għal evalwazzjoni sabiex tivverifika (1) jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet li wasslu għad-deċiżjoni tal-kompatibbiltà seħħewx; (2) l-effettività tal-miżura ta' għajnuna fid-dawl tal-għanijiet definiti minn qabel; (3) l-impatt tagħha fuq is-swieq u l-kompetizzjoni u li ma jseħħu l-ebda effetti ta' distorsjoni waqt l-iskema tal-għajnuna li jmorru kontra l-interessi tal-Unjoni (67). Minħabba l-għanijiet tagħha u sabiex ma titfax piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri u fuq proġetti ta' għajnuna li jkunu iżgħar, din tapplika biss għal skemi ta’ għajnuna nazzjonali u għal skemi ta' għajnuna b'baġits għall-għajnuna kbar, li jkun fihom karatteristiċi ġodda jew meta jkunu previsti bidliet fis-suq, teknoloġiċi jew regolatorji sinifikanti. L-evalwazzjoni titwettaq minn espert indipendenti mill-awtorità li tawtorizza l-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi ta' metodoloġija komuni (68) u ssir pubblika. L-evalwazzjoni tiġi sottomessa lill-Kummissjoni fi żmien debitu biex tippermetti l-valutazzjoni tal-estensjoni possibbli tal-miżura ta' għajnuna u fi kwalunkwe każ meta tiskadi l-iskema. L-ambitu u l-modalitajiet preċiżi tal-evalwazzjoni jiġu ddefiniti fid-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-miżura ta' għajnuna. Kwalunkwe miżura ta' għajnuna sussegwenti b'għan simili tqis ir-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni. |
|
(54) |
Jekk it-test tal-ibbilanċjar juri li l-effetti negattivi jisbqu lil dawk pożittivi, il-Kummissjoni tista' tipprojbixxi l-għajnuna, jew titlob għal azzjoni ta' rimedju, fil-mod kif inhi mfassla l-għajnuna jew fil-ħsara li tagħmel lill-kompetizzjoni. |
3. IL-VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-BROADBAND
3.1. Tipi ta' netwerks tal-broadband
|
(55) |
Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, dawn il-Linji Gwida jiddistingwu bejn netwerks bażiċi u NGA. |
|
(56) |
Diversi pjattaformi tat-teknoloġija differenti jistgħu jitqiesu bħala netwerks bażiċi tal-broadband fosthom linji diġitali assimmetriċi tal-abbonat (sa netwerks tal-ADSL2+), kejbil non-enhanced (pereżempju DOCSIS 2.0), netwerks tal-mowbajl tat-tielet ġenerazzjoni (UMTS) u sistemi satellitari. |
|
(57) |
Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tas-suq u dak teknoloġiku (69), in-netwerks tat-tip NGA huma netwerks ta’ aċċess li jserrħu kompletament jew parzjalment fuq elementi ottiċi (70) u li jistgħu jwasslu servizzi ta’ aċċess tal-broadband b’karatteristiċi mtejba meta mqabbla ma’ netwerks bażiċi tal-broadband eżistenti (71). |
|
(58) |
In-netwerks tat-tip NGA huma mifhuma li għallinqas għandhom il-karatteristiċi li ġejjin: (i) iwasslu servizzi b'veloċità għolja ħafna għal kull abbonat permezz ta' backhaul ottiku (jew teknoloġija ekwivalenti) qrib biżżejjed għall-post tal-utenti sabiex jiggarantixxu t-twassil attwali tal-veloċità għolja ħafna; (ii) jappoġġaw firxa ta' servizzi diġitali avvanzati fosthom servizzi konverġenti għalkollox IP, u (iii) jkollhom veloċitajiet tat-tlugħ ogħla (meta mqabbla man-netwerks bażiċi tal-broadband). Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tas-suq u teknoloġiku, in-netwerks tat-tip NGA huma: (i) netwerks għal aċċess ibbażati fuq il-fibra ottika (FTTx) (72), (ii) netwerks bil-kejbil avvanzati u ameljorati (73) u (iii) ċerti netwerks għal aċċess bla wajers avvanzati kapaċi jwasslu veloċitajiet għolja affidabbli għal kull abbonat (74). |
|
(59) |
Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li, fuq medda twila ta' żmien, in-netwerks tat-tip NGA huma mistennija jieħdu post in-netwerks eżistenti tal-broadband bażiku u mhux biss jaġġornawhom. Minħabba li n-netwerks tat-tip NGA jirikjedu struttura differenti ta' netwerk li toffri servizzi tal-broadband ta' kwalità li tkun aħjar b'mod sinifikanti minn dawk tal-lum, kif ukoll il-forniment ta' servizzi multipli li ma jistgħux jiġu sostnuti min-netwerks ta' bħalissa tal-broadband, jista’ jkun li fil-ġejjieni se jiżviluppaw differenzi ċari bejn żoni li se jkunu koperti min-netwerks tat-tip NGA u oħrajn li mhumiex se jkunu koperti (75). |
|
(60) |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu b’mod liberu x’forma se jieħu l-intervent tagħhom, sakemm dan jikkonforma mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. F'ċerti każi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiffinanzjaw l-hekk imsejħa netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGN), jiġifieri netwerks backhaul li ma jilħqux lill-utent aħħari. In-netwerks backhaul huma input neċessarju għall-operaturi tat-telekomunikazzjoni bl-imnut sabiex jipprovdu servizzi ta’ aċċess għall-utenti aħħarija. Dawn it-tipi ta’ netwerks huma kapaċi jsostnu kemm netwerks bażiċi kif ukoll dawk tat-tip NGA (76): hija l-għażla (ta’ investiment) tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni x'tip ta’ infrastruttura ‘tal-aħħar mil’ jixtiequ jużaw biex jaqbdu man-netwerk backhaul (77). L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li jwettqu xogħlijiet ta' inġinerija ċivili biss (bħat-tħaffir fuq art pubblika, il-bini ta' tubi) sabiex jippermettu u jħaffu l-implimentazzjoni mill-operaturi kkonċernati tal-elementi proprji tan-netwerks. Barra minn hekk, meta jkun xieraq, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu wkoll ikunu jixtiequ li jqisu soluzzjonijiet satellitari. |
3.2. Distinzjoni bejn iż-żoni bojod, griżi u suwed għal netwerks bażiċi tal-broadband tat-tip NGA
|
(61) |
Sabiex ikun evalwat il-falliment tas-suq u l-għanijiet ta’ ekwità, tista’ ssir distinzjoni bejn it-tipi ta’ żoni li jistgħu jkunu fil-mira. Din id-distinzjoni hija spjegata fit-taqsimiet li ġejjin. Fl-identifikazzjoni ta’ żoni fil-mira, kull meta l-intervent pubbliku huwa limitat għall-parti tal-backhaul tan-netwerk, il-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat se tqis is-sitwazzjoni kemm fuq is-swieq tal-backhaul kif ukoll fuq is-swieq ta’ aċċess (78). |
|
(62) |
L-istandards differenti li jiġġustifikaw l-interventi pubbliċi f'dawn iż-żoni ġeografiċi se jiġu deskritti hawn taħt. |
|
(63) |
Għall-iskop li jiġu identifikati ż-żoni ġeografiċi bħala bojod, griżi jew suwed kif deskritti hawn taħt, jeħtieġ li l-awtorità li tawtorizza l-għajnuna tiddetermina jekk l-infrastrutturi tal-broadband jeżistux fiż-żona fil-mira. Sabiex jiżguraw aktar li l-intervent pubbliku ma jtellifx l-investimenti privati, l-awtoritajiet li jawtorizzaw l-għajnuna għandhom jivverifikaw ukoll jekk l-investituri privati għandhomx pjanijiet konkreti li jintroduċu l-infrastruttura tagħhom fil-futur qarib. It-terminu "futur qarib" għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal perjodu ta' tliet snin (79). Jekk l-awtorità awtorizzanti tieħu żmien itwal għall-introduzzjoni tal-infrastruttura sussidjata, għandu jintuża l-istess tul ta' żmien għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ pjanijiet ta’ investiment kummerċjali. |
|
(64) |
Sabiex tivverifika li ma hemm l-ebda investituri privati li jippjanaw li jintroduċu l-infrastruttura tagħhom stess fil-futur qarib, l-awtorità li tawtorizza l-għajnuna għandha tippubblika l-miżura ta' għajnuna ppjanata u tistieden lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. |
|
(65) |
Jeżisti r-riskju li s-sempliċi “espressjoni ta’ interess” minn investitur privat tista’ ddewwem l-għoti tas-servizzi tal-broadband għaż-żona fil-mira jekk sussegwentement tali investiment ma jseħħx, filwaqt li fl-istess ħin l-intervent pubbliku jkun ġie mwaqqaf. L-awtorità li tawtorizza l-għajnuna, għalhekk, tista' titlob għal ċerti impenji mingħand l-investitur privat qabel ma tiddifferixxi l-intervent pubbliku. Dawn l-impenji għandhom jiżguraw li, fil-perjodu ta’ tliet snin jew fil-perjodu itwal previst għall-invstiment appoġġat, iseħħ progress sinifikanti f'termini ta' kopertura. L-awtorità tista’ titlob ukoll lill-operatur rispettiv li jidħol f’kuntratt korrispondenti li jiddeskrivi l-impenji ta’ implimentazzjoni. Dan il-kuntratt jista’ jipprevedi għadd ta’ “stadji importanti” li jkollhom jintlaħqu matul il-perjodu ta' tliet snin (80) u jrid isir rapport dwar il-progress li jkun sar. Jekk stadju importanti ma jintlaħaqx, l-awtorità li tagħti l-għajnuna tista’ mbagħad tipproċedi bil-pjanijiet tagħha għal intervent pubbliku. Din ir-regola tapplika kemm għan-netwerks bażiċi kif ukoll għal dawk tat-tip NGA. |
“Żoni bojod”: il-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali u tal-għan għall-iżvilupp ekonomiku
|
(66) |
“Żoni bojod” huma dawk iż-żoni li fihom ma hemm l-ebda infrastruttura tal-broadband u huwa improbabbli li se tiġi żviluppata fil-futur qarib. Il-miri tal-Kummissjoni għall-ADE jimmiraw lejn il-kopertura ta’ kullimkien fl-UE bis-servizzi bażiċi tal-broadband sal-2013, u ta’ mill-inqas 30 Mbps sal-2020. Għalhekk, li jkun żgurat l-investiment opportun f’żoni li għad mhumiex koperti biżżejjed hija prijorità. Il-Kummissjoni għalhekk tirrikonoxxi li, meta jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-provvista ta’ servizzi tal-broadband f’żoni fejn il-broadband attwalment mhux disponibbli, l-Istati Membri jkunu qed jaħdmu biex jilħqu għanijiet ġenwini ta’ koeżjoni u ta’ żvilupp ekonomiku u, għalhekk, l-intervent tagħhom aktarx ikun konformi mal-interess komuni, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima (77) hawn taħt jiġu ssodisfati (81). |
“Żoni griżi”: ħtieġa ta' valutazzjoni aktar iddettaljata
|
(67) |
“Żoni griżi” huma dawk iż-żoni li fihom huwa preżenti operatur wieħed ta’ netwerk u mhux probabbli li jiġi żviluppat netwerk ieħor (82) fil-futur qarib. Is-sempliċi eżistenza ta’ operatur wieħed ta' netwerk (83) ma timplikax neċessarjament li ma jeżisti l-ebda falliment tas-suq jew problema ta’ koeżjoni. Jekk dak l-operatur ikollu s-saħħa fis-suq (monopolju) jista’ jipprovdi liċ-ċittadini b’kumbinazzjoni subottimali ta’ kwalità u prezzijiet tas-servizz. Ċerti kategoriji ta’ utenti jistgħu ma jkunux moqdija adegwatament jew, fin-nuqqas ta’ tariffi regolati tal-aċċess bl-ingrossa, il-prezzijiet bl-imnut jistgħu jkunu ogħla mill-prezzijiet għall-istess servizzi offruti f'żoni jew reġjuni tal-pajjiż li jkunu aktar kompetittivi iżda paragunabbli fil-kumplament. Jekk, barra minn hekk, ikun hemm biss prospetti limitati li jidħlu fis-suq operaturi alternattivi, il-finanzjament ta’ infrastruttura alternattiva jista’ jkun miżura xierqa (84). |
|
(68) |
Mill-banda l-oħra, f'żoni fejn diġà hemm operatur wieħed ta' netwerk tal-broadband, is-sussidji għall-bini ta' netwerk alternattiv jistgħu jikkawżaw distorsjoni fid-dinamika tas-suq. Għalhekk, appoġġ mill-Istat għall-implimentazzjoni ta’ netwerks tal-broadband f’żoni “griżi” huwa ġġustifikat biss meta jista’ jiġi muri b’mod ċar li jkun hemm falliment persistenti tas-suq. Ikun neċessarju li jsiru analiżi aktar dettaljata u valutazzjoni bir-reqqa dwar il-kompatibilità. |
|
(69) |
Iż-żoni griżi jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ kompatibilità tat-Taqsima (77), jekk jiġi ppruvat li (i) l-ebda servizz bi prezzijiet konvenjenti jew adegwat ma jkun offrut biex jissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini jew tal-utenti kummerċjali (85), u li (ii) ma jkunx hemm disponibbli miżuri li joħolqu inqas distorsjoni tas-suq (inkluża r-regolamentazzjoni ex ante) biex jintlaħqu l-istess għanijiet. |
|
(70) |
Sabiex (i) u (ii) jiġu stabbiliti, il-Kummissjoni se tevalwa b'mod partikulari jekk:
|
|
(71) |
Iż-żoni griżi li jissodisfaw il-kriterji tal-eleġibbiltà fil-paragrafi ta’ hawn fuq biss se jgħaddu mit-test ta’ kompatibbiltà deskritt fit-Taqsima (77). |
“Żoni suwed”: l-ebda ħtieġa għal intervent mill-Istat
|
(72) |
Meta f'żona ġeografika partikulari jkun hemm jew se jkun hemm fil-futur qarib mill-inqas żewġ netwerks bażiċi tal-broadband u s-servizzi tal-broadband ikunu fornuti f'kundizzjonijiet kompetittivi (kompetizzjoni msejsa fuq l-infrastruttura (87)), wieħed jista' jassumi li ma jkun hemm l-ebda falliment tas-suq. Għal din ir-raġuni, ma tantx hemm lok għal intervent mill-Istat biex jinġiebu aktar benefiċċji. Għall-kuntrarju, sostenn mill-Istat għall-finanzjament tal-bini ta' netwerk addizzjonali tal-broadband b’kapaċitajiet komparabbli jista’, fil-prinċipju, iwassal għal distorsjoni inaċċettabbli tal-kompetizzjoni, u għall-qlugħ 'il barra tal-investituri privati. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ falliment tas-suq li jkun intwera b'mod ċar, il-Kummissjoni se tħares b'mod negattiv lejn miżuri li jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta' infrastruttura addizzjonali tal-broadband f'“żona sewda” (88). |
3.3. Id-distinzjoni bejn iż-żoni bojod, griżi u suwed għan-netwerks tat-tip NGA
|
(73) |
Id-distinzjoni li saret hawn fuq fit-Taqsima 3.2 bejn żoni “bojod”, “griżi” u “suwed” hija rilevanti wkoll għall-valutazzjoni ta' jekk l-għajnuna mill-Istat għan-netwerk tat-tip NGA hijiex kompatibbli mas-suq intern taħt l-Artikolu 107(3)(c). |
|
(74) |
Fil-preżent, bis-saħħa ta’ titjib fit-tagħmir attiv, ċerti netwerks bażiċi avvanzati tal-broadband jistgħu jifilħu wkoll xi servizzi tal-broadband li fil-futur x'aktarx jiġu offruti fuq netwerks tat-tip NGA (bħas-servizzi triple play) u għalhekk jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri tal-ADE. Madankollu, prodotti jew servizzi ġodda li mhumiex sostitwibbli mill-perspettivi kemm tat-talba kif ukoll tal-provvista jistgħu jitfaċċaw u jkunu jeħtieġu kapaċità, affidabilità u veloċitajiet ta' tlugħ u tniżżil ikbar mill-ogħla limiti fiżiċi tal-infrastruttura bażika tal-broadband. |
“Żoni bojod fir-rigward tal-NGA”
|
(75) |
Għal din ir-raġuni, għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għal netwerks tat-tip NGA, żona fejn fil-preżent ma jeżistux netwerks tat-tip NGA u fejn x'aktarx li ma jinbnewx minn investituri privati fi żmien tliet snin, skont il-paragrafi (62) sa (64), għandha titqies bħala żona “bajda fir-rigward tal-NGA”. Tali żona hija eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat għan-NGA sakemm il-kundizzjonijiet tal-kompatibilità indikati fit-Taqsimiet (77) u k) ikunu ssodisfati. |
“Żoni griżi fir-rigward tal-NGA”
|
(76) |
Żona għandha titqies bħala “griża fir-rigward tal-NGA” fejn ikun hemm biss netwerk wieħed tat-tip NGA (89) jew jekk dan ikun se jiġi implimentat fit-tliet snin li jkun imiss u ma jkunx hemm pjanijiet minn xi operatur biex ilesti netwerk tat-tip NGA fit-tliet snin li jkun imiss. Fil-valutazzjoni ta' jekk investituri oħra tan-netwerks jistgħux iqiegħdu netwerks addizzjonali tat-tip NGA fi nħawi partikulari, wieħed għandu jqis kwalunkwe miżuri regolatorji jew leġiżlattivi eżistenti li jistgħu jkunu baxxew il-barrikati għall-implimentazzjoni ta' tali netwerks (aċċess għat-tubi, il-qsim tal-infrastruttura eċċ.). Il-Kummissjoni se jkollha twettaq analiżi aktar iddettaljata sabiex tivverifika jekk ikunx meħtieġ intervent mill-Istat minħabba li intervent mill-Istat f’tali żoni jġib miegħu r-riskju għoli li jaqla’ ’l barra lill-investituri eżistenti u jgħawweġ il-kompetizzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se twettaq il-valutazzjoni tagħha fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida. |
“Żoni suwed fir-rigward tal-NGA”:
|
(77) |
Jekk ikunu jeżistu għallinqas żewġ netwerks tat-tip NGA ta' operaturi differenti f'żona partikulari, jew ikunu se jiġu implimentati fit-tliet snin li jkun imiss, tali żona għandha fil-prinċipju titqies bħala “sewda fir-rigward tal-NGA”. Il-Kummissjoni se tikkunsidra li appoġġ statali għal netwerk addizzjonali tat-tip NGA ffinanzjat mill-Istat li jkun ekwivalenti f’żoni bħal dawn x'aktarx iwassal għal distorsjoni serja tal-kompetizzjoni u huwa inkompatibbli mas-suq intern taħt l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
3.4. It-tfassil tal-miżura u l-ħtieġa li jiġu mrażżna d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(78) |
Kull miżura tal-Istat li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-broadband għandha tissodisfa l-prinċipji kollha ta’ kompatibbiltà deskritti hawn fuq fit-Taqsima 2.5, fosthom l-għan tal-interess komuni, l-eżistenza tan-nuqqas tas-suq, l-adegwatezza u l-effett ta' inċentiv tal-miżura. Fir-rigward tal-illimitar tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, apparti t-turija ta' kif tinkiseb “bidla fil-pass” fil-każijiet kollha (fiż-żoni bojod, griżi u suwed) (90), il-kundizzjonijiet meħtieġa li ġejjin iridu jkunu sodisfatti biex juru l-proporzjonalità tal-miżura. In-nuqqas ta’ xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet probabbilment ikun jitlob li ssir valutazzjoni profonda (91) li tista’ twassal għall-konklużjoni li l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq komuni.
|
3.5. Is-sostenn għall-implimentazzjoni malajr tan-netwerks tat-tip NGA
|
(79) |
Bħal fil-każ tal-politika segwita fir-rigward tal-implimentazzjoni bażika tal-broadband, l-għajnuna mill-Istat favur l-implimentazzjoni tan-netwerks tat-tip NGA tista' tikkostitwixxi strument xieraq u ġustifikat, sakemm wieħed jissodisfa għadd ta' kundizzjonijiet fundamentali. Filwaqt li l-operaturi kummerċjali jieħdu d-deċiżjonijiet tal-investiment tagħhom fin-netwerks tat-tip NGA fuq il-bażi tal-qligħ mistenni, l-għażla tal-awtorità pubblika trid tqis ukoll l-interess pubbliku fil-finanzjament ta' pjattaforma miftuħa u newtrali li fuqha operaturi multipli jkunu jistgħu jikkompetu għall-provvista ta' servizzi lill-utenti finali. |
|
(80) |
Kwalunkwe miżura li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-NGA trid tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kompatibilità indikati fit-Taqsima 2.5 u 3.4. Barra minn hekk, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet speċifiċi fejn ikun se jseħħ l-investiment pubbliku f’netwerks tat-tip NGA.
|
|
(81) |
Il-proġetti tal-għajnuna mill-Istat li għandhom l-għan li jiffinanzjaw in-netwerks backhaul (127) jew li huma limitati għal xogħlijiet ċivili li huma miftuħa għal aċċess għall-operaturi u t-teknoloġiji kollha jeżebixxu karatteristiċi partikularment favur il-kompetizzjoni. Din il-karatteristika titqies fil-valutazzjoni ta' proġetti bħal dawn. |
3.6. Għajnuna għal netwerks tal-broadband ultraveloċi
|
(82) |
Fid-dawl tal-għanijiet tal-Aġenda Diġitali, b'mod partikulari l-ksib ta' 50 % penetrazzjoni għall-konnessjonijiet tal-internet 'il fuq minn 100 Mbps, u meta wieħed iqis li b'mod speċjali fiż-żoni urbani jista' jkun hemm ħtiġijiet għola ta' prestazzjoni meta mqabbla ma' dak li l-investituri kummerċjali huma lesti li joffru fil-futur qarib, b'deroga mill-paragrafu 0, jista' jkun permess intervent pubbliku b'mod eċċezzjonali għan-netwerks tat-tip NGA li jkunu kapaċi joffru veloċitajiet ultraveloċi li jaqbżu sew il-100 Mbps. |
|
(83) |
F’żoni “suwed NGA” intervent bħal dan jista' jkun permess biss jekk il-kundizzjoni ta' "bidla fil-pass" meħtieġa mill-paragrafu (50) hija ppruvata fuq il-bażi tal-kriterji kumulattivi li ġejjin:
|
|
(84) |
Fis-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu preċedenti, kwalunkwe netwerk sussidjat irid jirrispetta l-kundizzjonijiet ta' kompatibilità tal-paragrafi 3.4 u (79). Barra minn hekk, l-awtorità awtorizzanti trid turi wkoll li:
|
|
(85) |
Huwa biss jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet addizzjonali li l-finanzjament pubbliku ta’ dawn in-netwerks ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala kompatibbli skont it-test tal-ibbilanċjar. Fi kliem ieħor, tali finanzjament irid iwassal għal avvanz teknoloġiku sinifikanti, sostenibbli, favur il-kompetizzjoni u mhux temporanju mingħajr ma joħloq diżinċentivi sproporzjonati għall-investimenti privati. |
4. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(86) |
Dawn il-Linji Gwida se jiġu applikati mill-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(87) |
Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-miżuri nnotifikati kollha ta' għajnuna li dwarhom tkun mitluba tieħu deċiżjoni wara li dawn il-Linji Gwida jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, anki fejn il-proġetti jkunu ġew innotifikati qabel dik id-data. |
|
(88) |
Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mhux skont il-liġi (134), il-Kummissjoni se tapplika fuq l-għajnuna mhux skont il-liġi r-regoli fis-seħħ għaż-żmien ta’ meta tkun ngħatat l-għajnuna. Għaldaqsant, ser tapplika dawn il-Linji Gwida fil-każ tal-għajnuna mhux skont il-liġi li tiġi mogħtija wara l-pubblikazzjoni tagħhom. |
|
(89) |
Il-Kummissjoni b'dan tipproponi lill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE, biex jieħdu miżuri xierqa u jemendaw, fejn meħtieġ, l-iskemi ta’ għajnuna rispettivi eżistenti tagħhom sabiex iġibuhom konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dawn il-Linji Gwida fi żmien tnax-il xahar wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(90) |
L-Istati Membri huma mistiedna jagħtu l-approvazzjoni espliċita u bla kundizzjoni tagħhom għal dawn il-miżuri xierqa proposti fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn il-Linji Gwida f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fin-nuqqas ta' tweġiba, il-Kummissjoni se tassumi li l-Istat Membru inkwistjoni ma jaqbilx mal-miżuri proposti. |
|
(91) |
Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-Linji Gwida attwali fuq il-bażi ta' żviluppi importanti futuri fis-suq, fit-teknoloġija u fir-regolamentazzjoni. |
(1) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2010) 245 finali, Aġenda Diġitali għall-Ewropa.
(2) Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment, COM(2010) 472 finali.
(3) L-ispejjeż reali tal-investimenti jistgħu jkunu anqas b'mod sinifikanti skont l-użu mill-ġdid tal-infrastrutturi eżistenti u skont is-suq, it-teknoloġija u l-iżviluppi regolatorji.
(4) Il-paragrafu 2.4, Azzjoni Ewlenija 8.
(5) Ara l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar Qafas regolatorju komuni għan-Netwerks ta' Komunikazzjonijiet u Servizzi Elettroniċi (Direttiva Qafas) Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti:
(6) Il-Kapitolu 13 Volum 29 p. 349, kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE (Direttiva dwar Regolamentazzjoni Aħjar), ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37 u bir-Regolament (KE) Nru 544/2009, ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12. Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM) Brussell, 8.5.2012. COM(2012) 209 finali.
(7) It-terminu “firda diġitali” jintuża l-aktar biex jiddefinixxi l-lakuna bejn dawk l-individwi u l-komunitajiet li għandhom aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u dawk li ma għandhomx. Għalkemm hemm diversi raġunijiet għal din il-“firda diġitali”, l-aktar waħda importanti hija n-nuqqas ta' infrastruttura adegwata tal-broadband. Min-naħa reġjonali, fattur importanti għal kemm komunità jkollha aċċess għall-ICT u għal kemm tagħmel użu minnhom huwa kemm il-komunità tkun urbanizzata. Il-penetrazzjoni tal-internet, għalhekk, tibqa' ħafna aktar dgħajfa fi nħawi fl-Unjoni Ewropea fejn ma tantx joqogħdu nies.
(8) Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 398/05 – l-Ungerija, Development Tax Benefit for Broadband (Benefiċċju għall-broadband mit-taxxa tal-iżvilupp).
(9) Ir-riżorsi ta’ impriża pubblika jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat għaliex l-awtoritajiet pubbliċi jikkontrollaw dawn ir-riżorsi. Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-4397. Skont din is-sentenza, għadu jrid jiġi evalwat jekk il-finanzjament permezz ta’ impriża pubblika huwiex attribwibbli għall-Istat.
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 26, ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1, ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(11) Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża N 157/06 – ir-Renju Unit, South Yorkshire Digital Region Broadband Project (Proġett tal-Broadband tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire). Il-Qorti kkonfermat li ladarba l-mezzi finanzjarji jibqgħu kostantement taħt il-kontroll pubbliku u għalhekk ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, dan ikun biżżejjed għalihom biex jaqgħu taħt il-kategorija ta’ għajnuna mill-Istat, ara l-Kawża C-83/98 Franza vs Ladbroke Racing Ltd u l-Kummissjoni [2000] Ġabra I-3271, il-paragrafu 50.
(12) Il-Kawża T-443/08 u T-455/08 Freistaat Sachsen u Oħrajn vs. il-Kummissjoni [Għadha ma ġietx ippubblikata], paragrafi minn (93) sa (95).
(13) Ara pereżempju d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża NN 24/07 – ir-Repubblika Ċeka. Prague Municipal Wireless Network (In-Netwerk Muniċipali Mingħajr Fili ta' Praga).
(14) Bl-istess mod, jekk netwerk huwa mibni jew servizzi tal-broadband jinkisbu biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-amministrazzjoni pubblika stess, taħt ċerti ċirkustanzi, intervent bħal dan jista' ma' jagħtix vantaġġ lill-impriżi ekonomiċi. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 46/07 – ir-Renju Unit, Welsh Public Sector Network Scheme (Skema ta’ Netwerk tas-Settur Pubbliku ta’ Wales).
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.31687(N 436/10) – l-Italja Broadband in Friuli Venezia Giulia (Project Ermes) (Il-Broadband fi Friuli Venzia Giulia)) (il-Proġett Ermes) u fil-Kawża N 407/09 – Spanja, Xarxa Oberta.
(16) Probabbli l-benefiċċju tas-sussidju huwa għall-inqas parzjalment mgħoddi lill-operaturi terzi anke jekk iħallsu remunerazzjoni għall-aċċess bl-ingrossa. Fil-fatt, il-prezzijiet bl-ingrossa ta’ spiss ikunu regolati. Ir-regolazzjoni tal-prezzijiet twassal għal prezz aktar baxx minn dak li l-bejjiegħ bl-ingrossa jkun jista’ jikseb fis-suq (li jista’ jkun prezz ta’ monopolju jekk ma jkunx hemm kompetizzjoni min-netwerks oħra). Fejn il-prezzijiet mhumiex regolati, il-bejjiegħ bl-ingrossa fi kwalunkwe każ ikun obbligat jagħti valur komparattiv lill-prezzijiet tiegħu mal-prezzijiet medji applikati f'oqsma oħra aktar kompetittivi (ara l-paragrafu (78) h) hawn taħt) li probabbli jwassal ukoll għal prezz aktar baxx minn dak li l-bejjiegħ bl-ingrossa jkun jista’ jikseb fis-suq.
(17) Is-sussidji għall-utenti residenzjali jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.
(18) Eżempju ta’ dan hi l-għajnuna lil distretti kummerċjali, ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 626/09 – L-Italja, NGA for industrial districts of Lucca (NGA għal distretti industrijali ta’ Lucca).
(19) Kawża C-310/99, ir-Repubblika Taljana vs. Il-Kummissjoni [2002] Ġabra-I-02289, il-paragrafu 65.
(20) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 237/08 – Il-Ġermanja, Broadband support in Niedersachsen (Sostenn għall-broadband f'Niedersachseni).
(21) Kawża C-303/88, l-Italja vs il-Kummissjoni, [1991] Ġabra I-1433, fil-paragrafi 20-22.
(22) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2007 fil-każ C 53/06 – Il-Pajjiżi l-Baxxi, Citynet Amsterdam – Investiment mill-belt ta' Amsterdam f'netwerk tat-tip fibre-to-the home (FTTH), ĠU L 247, 16.9.2008, p. 27.
(23) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji, (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10 u r-Rettifika għall-Avviż, ĠU C 244, 25.9.2008, p. 32.
(24) Skont il-ġurisprudenza, l-impriżi fdati bit-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jridu jkunu ngħataw dik il-biċċa xogħol permezz ta' att ta' awtorità pubblika. F'dan ir-rigward, servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jista' jiġi fdat f'idejn operatur permezz tal-għoti ta' konċessjoni ta' servizz pubbliku; ara l-Kawżi Magħqudin T-204/97 u T-270/97 EPAC – Empresa para a Agroalimentação e Cereais, SA vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-2267, il-punt 126 u l-Kawża T-17/02 Fred Olsen, SA vs Il-Kummissjoni [2005] Ġabra II-2031, il-paragrafi 186, 188-189.
(25) Il-Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH [2003] Ġabra I-7747.
(28) ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15.
(29) ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8.
(30) Ara l-punt 48 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u l-punt 13 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta' servizz pubbliku (2011).
(31) Ara l-paragrafi 49 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.
(32) It-terminu fil-“futur qrib” għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal perjodu ta' tliet snin f’konformità mal-paragrafu (62) ta' dawn il-Linji Gwida.
(33) F'konformità mal-prinċipju espress fil-paragrafu 50 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/05 – L-Irlanda, Programm Reġjonali tal-Broadband: Metropolitan Area Networks (“MANs”), fażijiet II u III u N 890/06 – Franza, Aide du Sicoval pour un réseau de très haut débit (mhux disponibbli bil-Malti).
(34) L-infrastruttura ta' netwerk passiv hija bażikament l-infrastruttura fiżika tan-netwerks. Għal definizzjoni, ara l-glossarju.
(35) Netwerk għandu jkun teknoloġikament newtrali u b'hekk jippermetti lil dawk li jfittxu l-aċċess jużaw kwalunkwe mit-teknoloġiji disponibbli biex jipprovdu servizzi lill-utenti finali.
(36) Skont il-paragrafu 3.4g ta' dawn il-Linji Gwida.
(37) Din ir-restrizzjoni hija ġustifikata mill-fatt li, ladarba jiġi implimentat netwerk tal-broadband li jipprovdi konnettività universali, il-forzi tas-suq normalment ikunu biżżejjed biex jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni lill-konsumaturi kollha bi prezz kompetittiv.
(38) Tali salvagwardji għandhom jinkludu, b’mod partikulari, obbligu ta' separazzjoni tal-kontijiet, u jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' entità strutturalment u legalment separata mill-operatur integrat vertikalment. Tali entità għandha tkun unikament responsabbli biex tikkonforma mal-missjoni ta' SIEĠ assenjata lilha u biex twettaqha.
(39) Huwa f'idejn l-Istati Membri biex, minħabba l-partikularitajiet ta' kull każ, isibu l-aktar metodoloġija xierqa biex jiżguraw li l-kumpens mogħti jkopri biss l-ispejjeż biex il-missjoni ta' SIEĠ titwettaq fil-white spots skont il-prinċipji tal-pakkett tas-SIEĠ, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli. Ngħidu aħna, il-kumpens mogħti jista' jkun ibbażat fuq tqabbil bejn dħul li jirriżulta mill-isfruttament kummerċjali tal-infrastruttura fiż-żoni fejn hemm il-qligħ li huma diġà koperti mill-operaturi kummerċjali u d-dħul li jirriżulta mill-isfruttament kummerċjali fil-white spots. Kwalunkwe qligħ li jkun aktar minn raġonevoli, jiġifieri qligħ ogħla mir-redditu medju tal-industrija fuq il-kapital għall-implimentazzjoni ta' infrastruttura partikulari tal-broadband, jista' jiġi assenjat għall-finanzjament tas-SIEĠ fl-inħawi fejn mhemmx qligħ filwaqt li l-qligħ li jifdal ikun parti mill-kumpens finanzjarju mogħti. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 331/08, Franza – THD Hauts de Seine.
(40) Madankollu, meta l-ispejjeż fil-futur u l-iżvilupp tad-dħul ikunu mdawra b'livell għoli ta' inċertezza u jkun hemm nuqqas kbir ta' simmetrija fl-informazjoni, l-awtorità pubblika tista' wkoll tkun tixtieq tadotta mudelli ta' kumpens li ma jkunux ex ante sal-aħħar, iżda jkunu taħlita ta' ex ante u ex post (pereżempju treġġa' lura sabiex tippermetti qsim ibbilanċjat ta' qligħ mhux mistenni).
(41) Għal referenza, ara n-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna.
(42) Ngħidu aħna tħaffir, tqegħid ta' kejbils, mogħdija tal-wajers internament. Fil-każ tal-implimentazzjoni ta’ fibra ottika għan-netwerks tad-djar, dawn l-ispejjeż jistgħu jitilgħu għal 70 %-80 % tal-ispejjeż totali tal-investiment.
(43) Ara wkoll N 383/09 – il-Ġermanja - l-Emenda N 150/08 tal-broadband fiż-żoni rurali tas-Sassonja. Dan il-każ kien jirrigwarda sitwazzjoni fejn xogħlijiet ġenerali tal-inġinerija ċivili, bħall-manutenzjoni tat-toroq, ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi kkostitwixxew ‘xogħlijiet ġenerali tal-inġinerija ċivili’ li kienu jsiru mill-Istat għal skopijiet ta’ manutenzjoni fi kwalunkwe każ. Il-possibbiltà li, waqt li jkun għaddej dak ix-xogħol, jitqiegħdu tubi u infrastruttura tal-broadband – u dan bi spejjeż għall-operaturi - kienet imħabbra pubblikament u mhux limitata għas-settur tal-broadband jew immirata għalih. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li l-finanzjament pubbliku ta' xogħlijiet bħal dawn jaqa' taħt il-kunċett ta' għajnuna tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE jekk ikunu limitati għal jew immirati b'mod ċar lejn is-settur tal-broadband.
(44) Ara pereżempju l-“Infrastrukturatlas” tal-ARN Ġermaniża, fejn l-operaturi b'mod volontarju jaqsmu l-informazzjoni dwar l-infrastrutturi disponibbli u li potenzjalment jistgħu jerġgħu jintużaw.
(45) Wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jagħti l-possibbiltà lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jitolbu lill-impriżi biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa sabiex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jwaqqfu, flimkien mal-ARN, inventarju dettaljat tan-natura, id-disponibbiltà u l-post ġeografiku tal-elementi u l-faċilitajiet tan-netwerk, u jagħmluh disponibbli għall-partijiet interessati. Ara l-Artikolu 12 (4) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009.
(46) Il-lista tad-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni meħuda skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat dwar il-broadband hi disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/sectors/telecommunications/broadband_decisions.pdf
(47) Pereżempju, self (kuntrarju għal għotjiet) jista’ jkun għodda utli biex jingħeleb in-nuqqas ta' kreditu għal investimenti infrastrutturali fit-tul.
(48) Dan bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali kif imsemmija fil-paragrafu (31).
(49) Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali applikabbli ratione temporis (eż. Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għal 2007-2013, ĠU C 54, 4.3.2006, paġni 13).
(50) Madankollu, il-fatt li kumpanija speċifika tista' ma tkunx kapaċi tidħol għal proġett mingħajr għajnuna ma jfissirx bilfors li jkun hemm falliment tas-suq. Pereżempju, id-deċiżjoni ta' kumpanija li ma tinvestix fi proġett bi profittabbiltà baxxa jew f'reġjun fejn hemm domanda tas-suq limitata u/jew kompetittività baxxa tal-ispejjeż tista' ma tkunx indikazzjoni ta' falliment tas-suq, iżda pjuttost ta' suq li jaħdem tajjeb.
(51) Is-sistemi satellitari wkoll għandhom spejjeż għal kull unità, iżda b'passi akbar u għaldaqstant għandhom it-tendenza li jkunu aktar indipendenti mid-densità tal-popolazzjoni.
(52) Għall-finanzjament muniċipali u reġjonali ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet SA.33420 (11/N) – il-Ġermanja, Breitband Lohr am Main, N 699/09 – Spanja, Desarrollo del programa de infraestructuras de telecomunicaciones en la Región de Murcia (mhumiex disponibbli bil-Malti).
(53) Ta’ spiss l-Istati Membri jinnotifikaw programmi qafas li jiddeskrivu taħt liema kundizzjonijiet muniċipali jew reġjonali l-iffinanzjar jista’ jingħata għall-implimentazzjoni tal-broadband. Ara pereżempju N 62/10 – il-Finlandja, High speed broadband construction aid in sparsely populated areas of Finland (Għajnuna għal bini ta’ broadband b’veloċità għolja għal żoni b’poplazzjoni baxxa fil-Finlandja), N 53/10 – il-Ġermanja, Federal framework programme on duct support (Programm qafas federali dwar is-sostenn fuq tubi), jew N 30/10 – l-Isvezja, State aid to Broadband development within the framework of rural development program, (Għajnuna mill-Istat għall-Broadband fil-qafas tal-programm tal-iżvilupp rurali).
(54) Għal referenza, ara n-nota 5 ta’ qiegħ il-paġna.
(55) Dan iżid it-trasparenza, itaffi l-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet lokali u jista’ jfisser li l-ARN ma jkollhomx għalfejn janalizzaw kull każ ta’ għajnuna mill-Istat individwalment.
(56) Ara pereżempju Avis no12-A-02 du 17 janvier 2012 relatif à une demande d'avis de la commission de l'économie, du développement durable et de l'aménagement du territoire du Sénat concernant le cadre d'intervention des collectivités territoriales en matière de déploiement des réseaux à très haut débit (l-opinjoni tal-Awtorità Franċiża għall-Kompetizzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tan-netwerks tal-broadband b’veloċità għolja ħafna).
(57) Ara pereżempju d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 237/08 Broadband support in Niedersachsen, Germany jew SA.33671 Broadband Delivery UK, United Kingdom.
(58) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 473/07 – L-Italja, Broadband connection for Alto Adige (Konnessjoni mal-broadband għall-Alto Adige), id-Deċiżjoni N 570/07 – Il-Ġermanja, Broadband in rural areas of Baden-Württemberg (Il-broadband fl-inħawi rurali ta' Baden-Württemberg).
(59) B’mod partikolari l-promozzjoni għat-teħid ta’ soluzzjonijiet broadband diġà disponibbli, kemm jekk ikunu netwerks fissi disponibbli tal-art jew mingħajr wajers jew soluzzjonijiet ta’ satellita disponibbli b’mod ġenerali.
(60) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 222/06 – L-Italja, Aid to bridge the digital divide in Sardinia (Għajnuna biex titwaħħad il-firda fiġitali fis-Sardenja).
(61) Dan jista’, pereżempju, japplika għal operaturi tal-mowbajls ta’ LTE (evoluzzjoni fit-tul) jew ta' LTE avvanzata b’miri ta’ kopertura taħt il-kundizzjonijiet tal-liċenzja tagħhom fiż-żona tal-mira. Bl-istess mod, jekk operatur maħtur b’obbligu ta’ servizz universali (OSU) jirċievi kumpens għas-servizz pubbliku, ma tista’ tiġi mogħtija l-ebda għajnuna addizzjonali mill-Istat biex tiffinanzja l-istess netwerk.
(62) Dan it-tip ta’ effett jista’ jissejjaħ “crowding out”.
(63) Ara pereżempju l-Każ C-156/98 Germany v il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857, il-paragrafu 78 u l-Każ C-333/07 Régie Networks [2008] Ġabra I-10807, il-paragrafi 94-116.
(64) Pereżempju, investimenti marġinali relatati sempliċiment mat-titjib tal-komponenti attivi tan-netwerk m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat. Bl-istess mod, għalkemm ċerti teknoloġiji li jtejbu r-ram (bħall-vectoring) jistgħu jżidu l-kapaċitajiet tan-netwerks eżistenti, dawn ma jeħtiġux investimenti sinifikanti f'infrastruttura ġdida u għalhekk ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat.
(65) Pereżempju titjib minn netwerk bażiku għal wieħed broadband tat-tip NGA. Ċertu titjib tan-netwerk tat-tip NGA (bħall-estensjoni tal-konnettività tal-fibra ottika eqreb lejn l-utent finali) probabbli jġib miegħu wkoll bidla fil-pass. F’żoni fejn diġa hemm netwerks tal-broadband, l-applikazzjoni ta’ bidla fil-pass għandha tiżgura li l-użu ta’ għajnuna mill-Istat ma twassalx għal duplikazzjoni ta’ infrastruttura eżistenti. Bl-istess mod, huwa improbabbli li titjib żgħir u gradwali tal-infrastrutturi eżistenti, pereżempju minn 12 Mbps għal 24 Mbps, jdaħħal kapaċitajiet addizzjonali ta’ servizzi (u probabbilment ikun jiffavorixxi b’mod sproporzjonat lill-operatur eżistenti).
(66) In-netwerk issussidjat għandu jkun favur il-kompetizzjoni, jiġifieri jippermetti aċċess effettiv fil-livelli differenti tal-infrastruttura kif indikat fil-paragrafu 3.4 u, fil-każ ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-NGA, anki fil-paragrafu (79).
(67) Ara pereżempju d-deċiżjoni ta-Kummissjoni fil-każ SA.33671 Broadband Delivery UK, United Kingdom (Twassil tal-Broadband fir-Renju Unit, ir-Renju Unit).
(68) Metodoloġija komuni bħal din tista' tiġi pprovduta mill-Kummissjoni.
(69) Minħabba l-iżvilupp teknoloġiku rapidu, fil-futur teknoloġiji oħra jistgħu jkunu jistgħu jwasslu servizzi tat-tip NGA.
(70) Teknoloġiji koassjali, bla wajers u mobbli jużaw, sa ċertu punt, infrastruttura ta' għajnuna għall-fibra ottika, u b'hekk jagħmluhom kunċettwalment simili għal netwerk bil-wajers li jużaw ir-ram biex iwasslu s-servizz għall-aħħar parti mhux koperta mill-fibra ottika.
(71) L-aħħar konnessjoni mal-utent finali tista' tiġi żgurata kemm minn teknoloġiji bil-wajers kif ukoll bla wajers. Minħabba l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġiji avvanzati bla wajers bħal-LTE Avvanzata u l-intensifikar tat-tnedija tas-suq tal-LTE jew tal-Wi-Fi, l-aċċess fiss bla wajers tal-ġenerazzjoni li jmiss (pereżempju ibbażat fuq teknoloġija possibbilment imfassla tal-broadband mobbli) jista' jkun alternattiva vijabbli għal ċerti NGAs bil-wajers (pereżempju FTTCab) jekk jiġu ssodifati ċerti kundizzjonijiet. Peress li l-mezz bla wajers huwa “kondiviż” (il-veloċità għal kull utent tiddependi fuq in-numru ta' utenti mqabbda fiż-żona koperta) u huwa minnu nnifsu suġġett għall-kundizzjonijiet ambjentali fluttwanti, sabiex jiġu pprovduti b'mod affidabbli l-veloċitajiet minimi tat-tniżżil għal kull abbonat li wieħed jista' jistenna minn NGA, jista' jkun li jkun jeħtieġ li jiġu varati netwerks bla wajers tal-ġenerazzjoni li jmiss b'ċertu livell ta' densità u/jew b'konfigurazzjonijiet avvanzati (bħal antenni diretti u/jew multipli). Aċċess bla wajers tal-ġenerazzjoni li jmiss ibbażat fuq teknoloġija tal-broadband tal-mowbajls irid jiżgura wkoll il-livell ta' kwalità mitlub għall-utenti f'post fiss filwaqt li jservi kwalunkwe abbonat nomadiku ieħor fiż-żona ta' interess.
(72) It-terminu FTTx jirreferi għal FFTC, FTTN, FTTP, FTTH u FTTB.
(73) Li għallinqas jużaw l-istandard “DOCSIS 3.0” għall-modems tal-kejbil.
(74) Ara pereżempju d-deċiżjoni ta-Kummissjoni fil-każ SA.33671 Broadband Delivery UK, United Kingdom (Twassil tal-Broadband fir-Renju Unit, ir-Renju Unit).
(75) Jekk illum il-ġurnata d-differenza bejn post li fih hemm disponibbli biss l-internet bin-narrowband (bil-linja tat-telefown) u post fejn jeżisti l-broadband tfisser li tal-ewwel hija żona “bajda”, hekk ukoll żona mingħajr infrastruttura tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-broadband, iżda li xorta jista' jkollha installata infrastruttura waħda bażika tal-broadband, għandha titqies bħala żona “bajda” fir-rigward tal-NGA.
(76) Meta mqabbel ma' netwerks oħra li ma jilħqux lill-klijent aħħari (bħall-FTTC), karatteristika importanti tal-infrastruttura backhaul NGN hi li hija miftuħa għal interkonnessjoni ma' netwerks oħra.
(77) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 407/09 – Spanja – Optical fibre Catalonia (Xarxa Oberta).
(78) Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 407/09 – Spanja – Optical fibre Catalonia (Xarxa Oberta) u SA.33438 – il-Polonja, Broadband network for Eastern Poland (In-netwerk tal-broadband fil-Polonja tal-Lvant).
(79) Il-perjodu ta’ tliet snin ikun jibda mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ppjanata ta' għajnuna.
(80) F'dan ir-rigward, operatur għandu jkun kapaċi juri li fil-perjodu ta’ tliet snin ikun se jkopri parti sostanzjali mit-territorju u mill-popolazzjoni interessata dwar dan. Pereżempju, l-awtorità li tagħti l-għajnuna tista’ titlob lil kwalunkwe operatur li jiddikjara interess fil-bini ta’ infrastruttura għalih innifsu fiż-żona fil-mira jagħti pjan ta’ direzzjoni tan-negozju kredibbli, dokumenti ta’ prova bħal ftehimiet dwar self mill-bank u kalendarju dettaljat bil-pjan ta' implimentazzjoni fi żmien xahrejn. Barra minn hekk, l-investiment għandu jkun inbeda fi żmien tnax-il xahar u jrid jinħareġ il-permess għall-biċċa l-kbira tas-servitujiet tal-passaġġ meħtieġa għall-proġett. Stadji importanti oħra li jindikaw il-progress tal-miżura jistgħu jiġu miftiehma għal kull perjodu ta’ sitt xhur.
(81) Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 607/09 – l-Irlanda Rural Broadband Reach, jew N 172/09 – is-Slovenja, Broadband development in Slovenia (mhux disponibbli bil-Malti).
(82) L-istess kumpanija tista’ topera netwerks separati fissi u tal-mowbajls fl-istess żona, iżda dan ma jibdilx il-“kulur” ta’ din iż-żona.
(83) Is-sitwazzjoni kompetittiva hija vvalutata skont in-numru eżistenti ta’ operaturi tal-infrastrutturi. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 330/10 – Franza, Programme national Très Haut Débit, ġie ċċarat li l-eżistenza ta’ diversi operaturi bl-imnut fuq netwerk wieħed (inkluż id-Diżaggregazzjoni taċ-Ċirkwiti Lokali (LLU)) ma jdawrux l-inħawi f'żona sewda, iżda t-territorju jibqa’ żona griża għax ikun hemm biss infrastruttura waħda. Fl-istess ħin, l-eżistenza ta’ operaturi li jikkompetu (fil-livell tal-bejgħ bl-imnut) ser tiġi kkunsidrata bħala indikazzjoni li, għalkemm griża, iż-żona inkwistjoni ma tistax tkun problematika f'termini tal-preżenza ta’ falliment tas-suq. Ikunu jridu jiġu fornuti provi konvinċenti dwar problemi ta’ aċċess jew ta’ kwalità tas-servizz.
(84) Fid-Deċiżjoni tagħha N 131/05 – Ir-Renju Unit, FibreSpeed Broadband Project Wales (Proġett tal-Broadband FibreSpeed f'Wales), il-Kummissjoni kellha tevalwa jekk is-sostenn finanzjarju mogħti mill-awtoritajiet ta' Wales għall-bini ta' netwerk tal-fibra ottika miftuħ u li jista' jintuża minn operaturi differenti, li jgħaqqad flimkien 14-il ċentru ta' negozju, setax xorta waħda jiġi ddikjarat kompatibbli anki jekk il-lokalitajiet li fuqhom jiffoka n-netwerk kienu diġà moqdijin mill-operatur tan-netwerk li kien diġà jeżisti, li kien jipprovdi linji mikrija rregolati fil-prezz. Il-Kummissjoni sabet li l-offerta tal-linji mikrija mill-operatur li diġà kien jeżisti kienet għalja wisq, tant li l-SMEs kważi ma setgħux jaffordjawha. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 890/06 – Franza, Aide du Sicoval pour un réseau de très haut débit u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/05 – L-Irlanda, Regional Broadband Programme: Metropolitan Area Networks (“MANs”), phases II and III (Programm Reġjonali tal-Broadband: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażijiet II u III).
(85) Apparti l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu (69), l-awtoritajiet awtorizzanti jistgħu jqisu indikaturi bħal: ir-rata ta' penetrazzjoni għal servizzi bl-ogħla livelli ta' prestazzjoni, prezzijiet għoljin b'mod eċċessiv għal servizzi ta' prestazzjoni għolja (fosthom linji mikrija għal utenti finali kif spjegat fin-nota preċedenti ta' qiegħ il-paġna) li jkollhom l-effett li jiskoraġġixxu l-applikazzjoni jew l-innovazzjoni, servizzi elettroniċi tal-gvern li jkunu fil-proċess li jiġu żviluppati li jitolbu prestazzjonijiet li jmorru lil hinn minn dawk offruti min-netwerk eżistenti. Jekk fiż-żona fil-mira tiġi moqdija b'mod xieraq proporzjon sinifikanti taċ-ċittadini u utenti kummerċjali, irid jiġi żgurat li l-intervent pubbliku ma jwassalx għal kostruzzjoni żejda li ma tkunx xierqa tal-infrastruttura eżistenti. F'dak il-każ, l-intervent pubbliku jista' jkun limitat għal miżuri ta' “mili ta' nuqqasijiet” biss.
(86) Pereżempju, jekk in-netwerk tal-broadband li diġà jkun hemm ikunx inbena fuq il-bażi ta' użu/aċċess privileġġat għal tubi li la jkunu aċċessibbli għal operaturi oħrajn tan-netwerks u lanqas maqsumin magħhom.
(87) Jekk ikun hemm infrastruttura waħda biss preżenti, anke jekk din l-infrastruttura tintuża – permezz ta' diżaggregazzjoni (LLU) – minn diversi operaturi tal-komunikazzjoni elettronika, sitwazzjoni bħal din titqies bħala żona griża kompetittiva. Mhix meqjusa bħala “żona sewda” fis-sens ta' dawn il-Linji Gwida. Ara wkoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA. 31316 Programme national «Très haut débit», Franza.
(88) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2006 dwar il-miżura Nru C 35/05 (ex N 59/05) – The Netherlands Broadband infrastructure in Appingedam (L-infrastruttura tal-broadband tal-Pajjiżi l-Baxxi f'Appingedam) ĠU L 86, 27.3.2007, p.1 (mhux disponibbli bil-Malti). F’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni nnutat li l-forzi kompetittivi tas-suq speċifiku ma kinux ikkunsidrati kif xieraq. B’mod partikolari li s-suq tal-broadband Olandiż kien qed javvanza malajr u li fih il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inklużi l-operaturi tal-kejbil u l-Fornituri tas-Servizzi tal-Internet, kienu fil-proċess li jdaħħlu servizzi tal-broadband b'kapaċità għolja ħafna mingħajr l-ebda sostenn mill-Istat.
(89) L-istess kumpanija tista’ topera netwerks separati fissi u bla wajers tat-tip NGA fl-istess żona, iżda dan ma jibdilx il-“kulur” ta’ din iż-żona.
(90) Ara l-paragrafu (50) hawn fuq.
(91) Il-valutazzjoni dettaljata tista’ teħtieġ il-ftuħ ta’ proċedura skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE.
(92) Din il-mappatura għandha ssir abbażi tad-djar milħuqa minn infrastruttura ta’ netwerk partikolari u mhux abbażi tan-numru reali ta’ djar jew klijenti konnessi bħala abbonati.
(93) Pereżempju, żoni fil-mira li huma żgħar wisq jista’ jkun li ma jipprovdux biżżejjed inċentivi ekonomiċi għall-operaturi fis-suq biex jitfgħu offerta għall-għajnuna, filwaqt li żoni li huma kbar wisq jistgħu jnaqqsu r-riżultat kompetittiv fil-proċess tal-għażla. Diversi proċeduri ta’ għażla jippermettu wkoll lil impriżi potenzjali differenti jibbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat u għaldaqstant jiġi evitat li operatur wieħed (diġà dominanti) ikollu s-sehem tiegħu fis-suq imsaħħaħ aktar permezz ta' miżuri ta’ għajnuna mill-Istat billi jiġu favoriti parteċipanti kbar tas-suq jew jiġu skoraġġati teknoloġiji li prinċipalment ikunu kompetittivi f’żoni ta’ mira iżgħar.
(94) F'każ fejn ikun jista' jintwera li l-operaturi eżistenti ma jkunu pprovdew l-ebda tagħrif li jkollu sinifikat lil awtorità pubblika għall-finijiet tal-eżerċizzju rikjest ta' mappatura, tali awtoritajiet ikollhom jistrieħu biss fuq kwalunkwe tagħrif li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tagħhom.
(95) Ara, pereżempju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 266/08 – il-Ġermanja, Broadband in rural areas of Bayern (Il-broadband fl-inħawi rurali ta' Bayern).
(96) Is-sitwazzjoni hija differenti meta l-awtorità pubblika tiddeċiedi li timplimenta u tamministra n-netwerk direttament (jew permezz ta' entità bi sjieda sħiħa) bħal fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 330/10 – Franza, Programme national Très Haut Débit u SA.33807 (11/N) – l-Italja, National Broadband Plan (Pjan Nazzjonali tal-Broadband). F'każijiet bħal dawn, sabiex ir-riżultati tal-kompetizzjoni li nkisbu sa mil-liberalizzazzjoni tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni jkunu żgurati, u partikolarment il-kompetizzjoni li teżisti llum fis-suq bl-imnut tal-broadband, fil-każ ta’ netwerks sussidjati ġestiti pubblikament (1) l-operaturi tan-netwerk li huma ta’ proprjetà pubblika jillimitaw l-attività tagħhom għaż-żoni fil-mira predefiniti, u ma jwessgħux l-attività tagħhom lejn reġjuni oħra kummerċjalment attraenti; (2) l-awtorità pubblika tillimita l-attività tagħha sabiex iżżomm l-infrastruttura passiva u tagħti aċċess għaliha, iżda ma tinvolvix ruħha f'kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ bl-imnut ma’ operaturi kummerċjali u (3) jkollha kontabilità separata għall-fondi użati għat-tħaddim tan-netwerks u għall-fondi l-oħra għad-dispożizzjoni tal-awtorità pubblika.
(97) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi. Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 07 p 132-262.
(98) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 475/07 – l-Irlanda, “National Broadband Scheme (NBS)” (Skema Nazzjonali tal-Broadband (NBS), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 157/06 – ir-Renju Unit, “South Yorkshire Digital region Broadband Project” (Proġett tal-Broadband tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire).
(99) Meta l-għan ta' proċess ta’ għażla kompetittiva ikun kuntratt pubbliku kopert mid-direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku 2004/17/KE jew 2004/18/KE, l-avviż tal-offerta jkun ippubblikat fil-ĠU tal-UE sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni mifruxa madwar l-Ewropa, skont ir-rekwiżiti ta’ dawn id-direttivi. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-informazzjoni dwar l-offerti għandha għall-inqas tkun irriklamata mal-pajjiż kollu.
(100) Fil-każ li proċess ta’ għażla kompetittiva ma tiġġenerax numru suffiċjenti ta' offerenti, jista' jiġi eżaminat il-kalkolu tal-ispejjeż propost mill-offerent min awditur estern.
(101) Jekk minħabba raġunijiet tekniċi ma jkunx fattibbli li jitwaqqaf websajt nazzjonali, għandhom jidħlu fis-seħħ websajts reġjonali. Websajts reġjonali bħal dawn għandhom ikunu interkonnessi.
(102) F’termini taż-żona ġeografika kif definit fis-sejħa għall-proċess ta’ għażla kompetittiva.
(103) Pereżempju, topoloġiji ta’ netwerks li jippermettu diżaggregazzjoni sħiħa u effettiva jistgħu jirċievu aktar punti. Għandu jiġi nnutat li f'dan l-istadju tal-iżvilupp tas-suq, topoloġija li tieħu minn punt għal punt aktar twassal lejn kompetizzjoni fit-tul meta mqabbla ma’ topoloġija li tieħu minn punt għal diversi punti, filwaqt li l-ispejjeż tal-implimentazzjoni huma komparabbli, speċjalment fiż-żoni urbani. In-netwerks li jieħdu minn punt għal diversi punti se jkunu kapaċi jipprovdu diżaggregazzjoni sħiħa u effettiva biss meta l-aċċess ta’ netwerk ottiku passiv b’multiplazzjoni tad-diviżjoni tat-tul ta’ mewġ (WDM-PON) ikun standardizzat u mitlub skont l-oqfsa regolatorji applikabbli.
(104) Barra minn hekk, kull meta Stat Membru jagħżel mudell ta' ġestjoni li permezz tiegħu l-infrastruttura ssussidjata tal-broadband toffri lill-partijiet terzi aċċess bl-ingrossa biss, u mhux servizzi bl-imnut, id-distorsjonijiet li jista' jkun hemm tal-kompetizzjoni jkomplu jonqsu minħabba li tali mudell ta' ġestjoni tan-netwerks jgħin biex jiġu evitati kwistjonijiet potenzjalment kumplessi ta' pressjoni fuq il-marġini u għamliet moħbijin ta' diskriminazzjoni fl-aċċess. Ara, pereżempju, SA.30317 Il-broadband ta' Veloċità Għolja fil-Portugall.
(105) Kull meta miżura tal-għajnuna mill-Istat tkopri l-finanzjament ta’ elementi ta’ infrastruttura passiva ġdida bħal tubi jew arbli, għandu jingħata aċċess għal dawn ukoll u dan ikun bla limitu ta’ żmien. Ara, pereżempju, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 53/10 – il-Ġermanja, Federal framework programme on ducts support (Programm Qafas Federali dwar appoġġ għat-tubi) N 596/09 – l-Italja – Bridging the digital divide in Lombardia (Tnaqqis tal-firda diġitali fil-Lombardia), N 383/09 – il-Ġermanja – l-Emenda ta’ N 150/08 Broadband in the rural areas of Saxony (il-Broadband fiż-żoni rurali tas-Sassonja), N 330/10 – Franza – Programme national Très haut débit (mhux disponibbli bil-Malti).
(106) Pereżempju, għan-netwerks tat-tip NGA, il-punt ta’ riferiment għandu jkun il-lista ta’ prodotti ta’ aċċess inkluża fir-rakkomandazzjoni tal-NGA.
(107) Jekk l-għajnuna mill-Istat tiġi pprovduta biex tiffinanzja l-kostruzzjoni ta' tubi, dawn tal-aħħar għandhom ikunu kbar biżżejjed biex iservu għal diversi netwerks tal-kejbils u biex jilqgħu soluzzjonijiet minn punt għal punti multipli kif ukoll minn punt għal punt.
(108) Meta l-operatur tan-netwerk jipprovdi wkoll servizzi bl-imnut, f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-NGA, dan normalment jimplika għoti ta’ aċċess minn għall-inqas 6 xhur qabel it-tnedija ta' servizzi bl-imnut bħal dawn.
(109) Jista’ jiġi pprovdut aċċess effettiv bl-ingrossa għall-infrastruttura ssussidjata permezz tal-prodotti għall-aċċess bl-ingrossa mniżżla fl-Anness II.
(110) Pereżempju, l-użu tal-aċċess bl-ingrossa minn partijiet terzi ma jistax ikun limitat biss għas-servizzi broadband bl-imnut.
(111) Safejn jitqies l-ammont ta' għajnuna jista' jvarja skont is-sitwazzjoni kompetittiva fil-proċess ta’ għażla kompetittiva u fiż-żona fil-mira. Il-parametru referenzjarju jkun għalhekk l-ogħla limitu tal-prezz bl-ingrossa.
(112) Sabiex l-operaturi ma jinflazzjonawx l-ispejjeż tagħhom b’mod artifiċjali, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw kuntratti li jinċentivaw lid-ditti biex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom maż-żmien. Pereżempju, b’kuntrast ma’ kuntratti cost-plus, kuntratt ta’ prezz fiss jagħti inċentiv lill-kumpanija interessata li tnaqqas l-ispejjeż maż-żmien.
(113) It-treġġigħ lura mhuwiex neċessarju fil-każ ta' infrastrutturi ta’ proprjetà pubblika, għall-ingrossa biss, li jkunu amministrati mill-awtorità pubblika bl-iskop uniku li jingħata aċċess ġust u mhux diskriminatorju lill-operaturi kollha, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fin-nota 97 f’qiegħ il-paġna.
(114) Eżempji tal-aħjar prattika jissuġġerixxu monitoraġġ u treġġigħ lura għal minimu ta’ seba' snin, u kwalunkwe profitt żejjed (jiġifieri profitt ogħla mill-pjan ta’ negozju oriġinali jew mill-medja tal-industrija) għandu jinqasam bejn il-benefiċjarju u l-awtoritajiet pubbliċi skont l-intensità tal-għajnuna tal-miżura.
(115) Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata b'mod regolari (pereżempju kull sitt xhur) u tkun disponibbli f'formati nonproprjetarji.
(116) Din l-informazzjoni għandha tinkludi tal-anqas: apparti l-informazzjoni li tkun diġà saret pubblika wara l-paragrafu 3.4 i), id-data meta jibda jintuża n-netwerk, il-prodotti tal-aċċess bl-ingrossa, in-numru ta' dawk li jfittxu l-aċċess u l-fornituri tas-servizz fin-netwerk, in-numru ta' djar mgħoddija, u r-rati ta' użu.
(117) Fosthom l-operaturi LLU.
(118) F'dan l-istadju tal-iżvilupp tas-suq, topoloġija li tieħu minn punt għal punt tista’ tkun diżaggregata b'mod effettiv. Jekk l-offerent magħżul jintroduċi netwerk b’topoloġija li tieħu minn punt għal punti multipli, irid ikollu l-obbligu ċar li jipprovdi d-diżaggregazzjoni effettiva permezz ta’ multiplazzjoni b’diviżjoni tat-tul ta’ mewġa (WDM) hekk kif l-aċċess ikun standardizzat u disponibbli kummerċjalment. Sakemm id-diżaggregazzjoni WDM isir effettiva, l-offerent magħżul ikun mitlub jipprovdi lil dawk li jfittxu l-aċċess bi prodott ta' diżaggregazzjoni virtwali, li tkun viċin kemm jista' jkun tad-diżaggregazzjoni fiżika.
(119) Jekk ikunu benefiċjarji indiretti, meta jingħataw l-aċċess fil-livell bl-ingrossa, l-operaturi terzi infushom jista’ jkollhom jagħtu aċċess bit-stream. Minkejja l-fatt li l-għajnuna ġiet mogħtija biss għal infrastruttura passiva, ġie mitlub ukoll aċċess attiv pereżempju fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 330/10 – Franza, Programme national Très Haut Débit (mhux disponibbli bil-Malti).
(120) Bħat-Tagħmir f’post il-klijent (CPEs - Customer premise equipments) jew tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jopera n-netwerk. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ameljorati ċerti partijiet tan-netwerk sabiex jiġi pprovdut aċċess effettiv, dan ikun previst fil-pjanijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti, pereżempju: jiġu ppreveduti tubi ta' daqs xieraq, jikber id-daqs tal-kabinetti tat-toroq biex jipprovdu diżaggregazzjoni effettiva, eċċ.
(121) Obbligu b’saħħtu ta’ aċċess huwa iktar u iktar kruċjali sabiex wieħed jindirizza s-sostituzzjoni temporanja bejn is-servizzi offruti mill-operaturi eżistenti tal-ADSL u dawk offruti mill-operaturi futuri tan-netwerks tat-tip NGA. L-obbligu ta' aċċess se jiżgura li l-operaturi kompetituri tal-ADSL ikunu jistgħu jċaqilqu lill-klijenti tagħhom għal netwerk tat-tip NGA hekk kif ikun tqiegħed f'postu netwerk sussidjat u b'hekk jibdew jippjanaw l-investimenti futuri tagħhom mingħajr ma jsofru żvantaġġ kompetittiv. Ara pereżempju, N 461/09 – ir-Renju Unit, Cornwall & Isles of Scilly Next Generation Broadband (Cornwall u l-Gżejjer Scilly il-Broadband għall-Ġenerazzjoni li Jmiss).
(122) F'dan ir-rigward, għandha tiġi kkunsidrata l-persistenza possibbli tal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq li jkunu ġġustifikaw l-għoti ta' għajnuna għall-infrastruttura inkwistjoni.
(123) Iż-żieda sproporzjonata fl-ispejjeż trid tiġi ppruvata b'kalkoli tal-ispejjeż dettaljati u objettivi mill-awtorità awtorizzanti.
(124) Pereżempju, ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 330/10 – Franza, Programme national Très Haut Débit u fil-każ SA.33671 – ir-Renju Unit, Broadband Delivery UK (Twassil tal-Broadband fir-Renju Unit).
(125) Kundizzjonijiet oħrajn jistgħu jiġu aċċettati mill-Kummissjoni bħala parti mill-analiżi ta' proporzjonalità fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-każ u l-eżerċizzju ġenerali ta' bbilanċjar. Ara pereżempju d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 330/10 – Franza, Programme national Très Haut Débit u fil-każ SA.33671 – ir-Renju Unit, Broadband Delivery UK (Twassil tal-Broadband fir-Renju Unit). Jekk il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, għandu jingħata l-aċċess fi żmien li jkun abitwali għas-suq partikulari. Fil-każ ta’ kunflitt, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha titlob lill-ARN jew lil korp nazzjonali kompetenti ieħor għal parir.
(126) Pereżempju, fil-każ ta' netwerks passivi fissi trid tkun kapaċi tappoġġa kemm it-topoloġiji li jieħdu minn punt għal punt kif ukoll dawk li jieħdu minn punt għal diversi punti, skont l-għażla tal-operaturi. B'mod partikulari fiż-żoni b'densità akbar tal-poplazzjoni, jekk dawn ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, ma jitqiesx fl-interess pubbliku li tingħata għajnuna għal investimenti f'ameljoramenti sempliċi tan-netwerks eżistenti li ma jirriżultawx f'bidla fil-pass f'termini tal-kompetizzjoni.
(127) Ara l-paragrafu (59) hawn fuq. Interventi li jmorru lil hinn mil-livell tal-uffiċju ċentrali diġà jiġu meqjusa bħala NGA u mhux NGN. Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.34301 – Next generation broadband in Valle d'Aosta (Broadband għall-ġenerazzjoni li jmiss f'Valle d'Aosta).
(128) Abbażi ta’ pjanijiet ta’ investiment kredibbli għall-futur qarib ta’ tliet snin skont il-paragrafi minn (62) sa (64).
(129) Pereżempju, in-netwerks tat-tip NGA ma jilħqux il-post tal-utent aħħari bil-fibra ottika fil-każ ta' netwerks FTTN, fejn il-fibra ottika hija installata saċ-ċentri (il-kabinetti). Bl-istess mod, xi netwerks tal-kejbil ukoll jużaw il-fibra ottika u sal-kabinetti u jikkonnettjaw lill-utenti aħħarin b’kejbils koassjali.
(130) Pereżempju, f'żona fejn hemm FTTC jew netwerk ekwivalenti u netwerk tal-kejbil ameljorat (mill-inqas Docsis 3.0), il-kundizzjonijiet tas-suq ġeneralment huma kkunsidrati bħala kompetittivi biżżejjed biex jevolvu lejn id-dispożizzjoni ta' servizzi ultraveloċi mingħajr il-ħtieġa ta' intervent pubbliku.
(131) Ara pereżempju l-indikaturi fin-noti ta' qiegħ il-paġna 85 u 86.
(132) Ara l-paragrafi (62) sa (64) hawn fuq.
(133) Dan normalment ikun il-każ fejn, minħabba l-għajnuna, operaturi tas-suq ma jistgħux jirkupraw l-investimenti tal-infrastruttura li jkunu għamlu f’perjodu xieraq meta jiġi kkunsidrat iż-żmien normali ta' amortizzazzjoni. Il-fatturi (interkonnessi) li ġejjin se jiġu kkunsidrati b'mod partikolari: id-daqs tal-investiment, kemm hu riċenti, il-perjodu minimu meħtieġ għal ritorn adegwat fuq l-investiment u l-effett probabbli tal-introduzzjoni ta’ network veloċi ħafna sussidjat fuq in-numru ta' abbonati għan-netwerks eżistenti NGA u l-prezzijiet relattivi ta’ sħubija.
(134) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22 (mhux disponibbli bil-Malti).
ANNESS I
INTERVENTI TIPIĊI GĦAS-SOSTENN TAL-BROADBAND
Fid-deċiżjonijiet li ħadet dwar każijiet f’dan il-qasam fil-passat, il-Kummissjoni osservat ċerti mekkaniżmi ta’ ffinanzjar li huma l-aktar użati mill-Istati Membri biex iħeġġu l-implimentazjoni tal-broadband, ivvalutati skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-lista li ġejja hija bħala eżempju u mhux eżawrjenti, peress li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiżviluppaw modi differenti kif jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-broadband jew jiddevjaw mill-mudelli deskritti. Il-kostellazzjonijiet tipikament jinvolvu l-għajnuna mill-Istat, sakemm l-investiment ma jseħħx skont il-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq (ara t-Taqsima 2.2.).
|
1. |
Allokazzjoni monetarja (“diskrepanza tal-likwidità” (1)): Fil-maġġoranza tal-każijiet eżaminati mill-Kummissjoni, l-Istat Membru (2) jagħti għotjiet monetarji diretti lill-investituri tal-broadband (3) biex jibnu, iġesitxxu u jisfruttaw kummerċjalment in-netwerk tal-broadband (4). Dawn l-għotjiet normalment jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, minħabba li l-għotja hija ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat u tagħti vantaġġ lill-investitur sabiex imexxi attività kummerċjali b’kundizzjonijiet li ma kinux ikunu disponibbli fis-suq. F'każ bħal dan, kemm l-operaturi tan-netwerk li jkunu qed jirċievu l-għotja kif ukoll il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk sussidjat ikunu benefiċjarji tal-għajnuna. |
|
2. |
Appoġġ mhux finanzjarju: F’każijiet oħra, l-Istati Membri jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-broadband billi jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta’ netwerk sħiħ tal-broadband (jew partijiet minnu) li sussegwentement jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-investituri fil-komunikazzjoni elettronika, li mbagħad jużaw dawn il-partijiet tan-netwerk għall-implimentazzjoni tal-proġett tal-broadband tagħhom. Dan l-appoġġ jista’ jieħu bosta għamliet, imma l-aktar rikorrenti hija dik fejn l-Istati Membri jipprovdu infrastruttura passiva tal-broadband billi jwettqu xogħol ta' inġinerija ċivili (pereżempju billi jħaffru triq) jew billi jqiegħdu tubi jew fibra skura (5). Din il-forma ta’ appoġġ toħloq vantaġġ għall-investituri tal-broadband, li jiffrankaw l-ispejjeż rispettivi ta’ investiment (6), kif ukoll għall-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk issussidjat. |
|
3. |
Netwerks tal-broadband, jew partijiet minnhom, operati mill-Istat: L-għajnuna mill-Istat tista’ tkun involuta wkoll jekk l-Istat, minflok jipprovdi appoġġ lil investitur tal-broadband, jibni (partijiet minn) netwerk tal-broadband u joperha(hom) direttament permezz ta’ fergħa tal-amministrazzjoni pubblika jew permezz ta’ kumpanija interna (7). Dan il-mudell ta’ intervent tipikament jikkonsisti mill-bini ta’ infrastruttura ta’ netwerk passiv ta' proprjetà pubblika, bil-ħsieb li jagħmilha disponibbli għal operaturi bl-ingrossa tal-broadband billi jagħti aċċess għan-netwerk b’termini mhux diskriminatorji. It-tħaddim tan-netwerk u l-għoti ta’ aċċess bl-ingrossa bi ħlas huwa attività ekonomika skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-bini ta’ netwerk tal-broadband bil-għan li jkun sfruttat kummerċjalment, skont il-ġurisprudenza jikkostitwixxi attività ekonomika. Il-bini ta’ netwerk tal-broadband bil-għan li jkun sfruttat kummerċjalment, skont il-ġurisprudenza jikkostitwixxi attività ekonomika, jiġifieri l-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE tista’ tkun diġà preżenti waqt il-bini tan-netwerk tal-broadband (8). Anki l-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa f’netwerk operat pubblikament se jkunu kkunsidrati bħala benefiċjarji tal-għajnuna. |
|
4. |
Netwerk tal-broadband ġestit minn konċessjonarju: Anki l-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta’ netwerk tal-broadband, li jibqa’ proprjetà pubblika iżda li l-operat tiegħu jiġi offrut permezz ta’ proċedura miftuħa għall-offerti lil operatur kummerċjali biex jamministrah u jisfruttah fil-livell tal-ingrossa (9). Anki f'dan il-każ, peress li n-netwerk huwa mibni bil-ħsieb li jkun sfruttat, il-miżura tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-operatur li jġestixxi u jisfrutta n-netwerk, kif ukoll il-fornituri terzi tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk, se jitqiesu bħala benefiċjarji tal-għajnuna. |
(1) “Diskrepanza tal-likwidità” tirreferi għad-differenza bejn l-ispejjeż tal-investiment u l-profitti mistennija fil-każ tal-investituri privati.
(2) Jew kull awtorità pubblika oħra li tagħti l-għajnuna.
(3) It-terminu “investituri” jindika impriżi jew operaturi tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvestu fil-bini u fl-implimentazzjoni tal-infrastruttura tal-broadband.
(4) Eżempji ta’ diskrepanza tal-likwidità huma d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każjiet SA.33438 a.o – il-Polonja – Broadband network project in Eastern Poland (Proġett dwar netwerk tal-broadband fil-Polonja tal-Lvant), SA.32866 – Il-Greċja – Broadband development in Greek rural areas (Żvilupp tal-broadband fiż-żoni rurali Griegi), SA.31851 – L-Italja – Broadband Marche (Il-broadband tal-Marche), N 368/09 – Il-Ġermanja – Emenda tal-għajnuna mill-Istat N 115/08 – Broadband in the rural areas of Germany (Il-broadband fiż-żoni rurali tal-Ġermanja) (mhux disponibbli bil-Malti).
(5) Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 53/10 – il-Ġermanja, Federal framework programme on ducts support (Il-programm qafas federali dwar l-appoġġ għat-tubi), N 596/09 – l-Italja – Bridging the digital divide in Lombardia (It-tnaqqis tal-firda diġitali fil-Lombardia), Ara wkoll N 383/09 – il-Ġermanja – Emenda ta’ N 150/08 Broadband in the rural areas of Saxony (Il-broadband fiż-żoni rurali tas-Sassonja).
(6) L-ispejjeż tal-inġinerija ċivili u ta’ investiment ieħor f’infrastruttura passiva jistgħu jikkostitwixxu sa 70 % tal-ispiża totali ta' proġett tal-broadband.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 330/10 – Franza – Programme national Très Haut Débit, li kopra diversi modalitajiet ta’ intervent, fost l-oħrajn waħda fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu joperaw in-netwerks tal-broadband tagħhom bħala operazzjoni “regie”.
(8) Il-Kawża T-443/08 u T-455/08 Freistaat Sachsen vs il-Kummissjoni (għadha ma ġietx ippubblikata).
(9) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 497/10 – ir-Renju Unit, SHEFA – 2 Interconnect, N 330/10 – Franza – Programme national Très Haut Débit, N 183/09 – il-Litwanja, RAIN project (il-proġett RAIN).
ANNESS II
GLOSSARJU TA’ TERMINI TEKNIĊI
Għall-fini ta' dawn il-Linji Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: Id-definizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għal bidliet oħrajn li jistgħu jseħħu fis-suq, fit-teknoloġija u fir-regolamentazzjoni.
Segment tal-aċċess: il-parti tal-“aħħar mil” li tqabbad lin-netwerk backhaul mal-post tal-utent aħħari.
Netwerk backhaul: Il-parti tan-netwerk tal-broadband li tikkostitwixxi l-ħolqa intermedja bejn in-netwerk ewlieni (backbone network) u n-netwerk tal-aċċess u twassal id-dejta lejn u minn netwerk globali.
Aċċess bit-stream: Fornitur tal-aċċess bl-ingrossa jinstalla ħolqa ta’ aċċess b’veloċità għolja fil-bini tal-klijent u jagħmel din il-ħolqa ta’ aċċess disponibbli għal partijiet terzi.
Fibra skura: Fibra mitfija mingħajr konnessjoni mas-sistemi tat-trażmissjoni.
Tubu: Pajp jew kondjuwit taħt l-art li jintuża sabiex minnu jgħaddu kejbils (tal-fibra, tar-ram jew koassjali) ta’ netwerk tal-broadband.
Diżaggregazzjoni sħiħa: Diżaggregazzjoni fiżika tagħti aċċess lill-utenti għal-linja ta’ aċċess aħħarija u tippermetti lis-sistemi tat-trażmissjoni tal-kompetitur innifsu jittrażmettu fuqha direttament. F'ċerti ċirkustanzi, id-diżaggregazzjoni virtwali tista' titqies bħala ekwivalenti tad-diżaggregazzjoni fiżika.
FTTH: Netwerk ta’ fibra ottika sad-dar, li tilħaq il-post tal-utent aħħari bil-fibra ottika, jiġifieri netwerk ta’ aċċess li jikkonsisti minn linji b’fibri ottiċi kemm fis-segmenti tal-alimentazzjoni kif ukoll fis-segmenti ħolqa mal-utent tan-netwerk tal-aċċess (inkluż wajering intern).
FTTB: Fibra sal-bini, li tilħaq il-postijiet tal-utent aħħari bil-fibra, jiġifieri l-fibra tasal sal-bini, iżda ram, kejbils, koassjali jew LAN jintuża fil-bini.
FTTN: Fibra saċ-Ċentri. Il-fibra tasal sa kabinetti tat-toroq li jaslu sa diversi kilometri 'l bogħod mill-postijiet tal-klijenti, bl-aħħar konnessjoni tkun ram (bil-fibra sal-kabinett/ netwerks VDSL) jew kejbils koassjali (fil-kejbil/ netwerk DOCSIS 3). Ta’ spiss il-fibra saċ-ċentru hija kkunsidrata bħala pass temporanju u interim lejn FTTH sħiħ.
Netwerks newtrali: netwerks li jistgħu jifilħu għal kwalunkwe tip ta’ topoloġiji ta’ netwerks. Fil-każ ta’ netwerks FTTH, l-infrastruttura trid tkun kapaċi tiflaħ kemm għat-topoloġiji li jieħdu minn punt għal punt kif ukoll għal dawk li jieħdu minn punt għal diversi punti.
Netwerk ta' Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss: Netwerks ta’ aċċess li jserrħu kompletament jew parzjalment fuq elementi ottiċi u li huma kapaċi jwasslu servizzi ta’ aċċess tal-broadband b’karatteristiċi mtejba meta mqabbla ma’ dawk ipprovduti fuq netwerks eżistenti tar-ram.
Netwerk passiv: Netwerk tal-broadband mingħajr l-ebda komponent attiv. Tipikament jinkludi infrastruttura ta' inġinerija ċivili, tubi u fibra skura u kabinetti tat-toroq.
Aċċess bl-ingrossa passiv: Aċċess għal mezz ta’ trażmissjoni mingħajr l-ebda komponent elettroniku.
Punt għal punti multipli: Topoloġija ta’ netwerk li għandu linji ddedikati għal-klijenti individwali għal ċentru passiv intermedju (pereżempju kabinett tat-toroq) fejn dawn il-linji jiġu aggregati f’linja komuni. L-aggregazzjoni tista’ tkun passiva (bi splitters bħal fi struttura PON) jew attiva (bħal f’FTTC).
Punt għal punt: Topoloġija tan-netwerk fejn il-linji tal-klijent jibqgħu ddedikati matul it-triq kollha mill-klijent sal-Punt ta' Preżenza Metropolitan.
Prodotti għall-aċċess bl-ingrossa: L-aċċess jippermetti lil operatur juża l-faċilitajiet ta’ operatur ieħor. Il-prodotti għall-aċċess bl-ingrossa li jistgħu jiġu pprovduti bin-netwerk issussidjat huma dawn li ġejjin:
Netwerk FTTH/FTTB: l-aċċess għal tubi, l-aċċess għal fibra skura, l-aċċess diżaggregat għaċ-ċirkwit lokali (WDM-PON jew id-diżaggregazzjoni tal-qafas ta’ distribuzzjoni ottika (ODF), u l-aċċess għal bit-stream.
Netwerks tal-kejbil: aċċess għat-tubi u aċċess bit-stream.
Netwerks FTTC: aċċess għal tubi u diżaggregazzjoni tas-sottoċirkwit lokali u l-aċċess għal bit-stream.
Infrastruttura ta’ netwerk passiv: l-aċċess għal tubi, l-aċċess għal fibra skura u/jew l-aċċess għal diżaggregazzjoni miċ-ċirkwit lokali. F’każ ta’ operatur integrat: l-obbligi ta’ aċċess (li huma differenti mill-aċċess għall-infrastruttura passiva) għandhom ikunu imposti skont il-proviżjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-NGA.
Netwerks ta’ broadband ibbażati fuq l-ADSL: l-aċċess diżaggregat għaċ-ċirkwit lokali, l-aċċess għal bit-stream.
Netwerks tal-mowbajls jew mingħajr fili: bit-stream, il-qsim tal-arbli fiżiċi u l-aċċess għal netwerks backhaul.
Pjattaforma tas-satellita: aċċess għal bit-stream.