Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0062

Kawża C-62/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad- 19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessisches Landessozialgericht, Darmstadt — il-Ġermanja) — Land Hessen vs Florence Feyerbacher (Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-BĊE — Artikolu 36 — Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej — Artikoli 13, 15 u 23 — Ftehim dwar is-sede tal-BĊE — Artikolu 15 — Applikabbiltà għall-membri tal-persunal tal-BĊE tad-dispożizzjonijiet tad-dritt soċjali Ġermaniż li jipprevedu allowance tal-ġenituri)

ĠU C 295, 29.9.2012, pp. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessisches Landessozialgericht, Darmstadt — il-Ġermanja) — Land Hessen vs Florence Feyerbacher

(Kawża C-62/11) (1)

(Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-BĊE - Artikolu 36 - Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej - Artikoli 13, 15 u 23 - Ftehim dwar is-sede tal-BĊE - Artikolu 15 - Applikabbiltà għall-membri tal-persunal tal-BĊE tad-dispożizzjonijiet tad-dritt soċjali Ġermaniż li jipprevedu allowance tal-ġenituri)

2012/C 295/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessisches Landessozialgericht, Darmstadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Land Hessen

Konvenuta: Florence Feyerbacher

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hessisches Landessozialgericht, Darmstadt — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Ftehim tat-18 ta’ Settembru 1998, konkluż bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar is sede ta’ din l-istituzzjoni, flimkien mal-Artikolu 36 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew — Dritt ta’ uffiċjal ta’ ċittadinanza Ġermaniża tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-allowance tal-ġenituri prevista mid-dritt Ġermaniż — Klassifikazzjoni tal-ftehim dwar is-sede tal-Bank Ċentrali Ewropew bħala li jagħmel parti mid-dritt tal-Unjoni jew inkella bħala trattat tad-dritt internazzjonali — Applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt soċjali Ġermaniż li jipprovdu l-allowance tal-ġenituri għall-impjegati tal-Bank Ċentrali Ewropew

Dispożittiv

L-Artikolu 15 tal-Ftehim tat-18 ta’ Settembru 1998 konkluż bejn il-Gvern Ġermaniż u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar is-sede ta’ din l-istituzzjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 36 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, fil-verżjoni tiegħu annessa mat-Trattat KE, ma jipprekludix lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja milli tagħti allowance bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


Top