Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0063

    Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea *** Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ Frar 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (08505/2010 – C7-0320/2010 – 2010/0075(NLE))

    ĠU C 188E, 28.6.2012, p. 113–113 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 188/113


    Il-Ħamis 17 ta’ Frar 2011
    Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea ***

    P7_TA(2011)0063

    Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Frar 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (08505/2010 – C7-0320/2010 – 2010/0075(NLE))

    2012/C 188 E/31

    (Approvazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08505/2010),

    wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (08530/2010),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, Artikolu 100(2), Artikolu 167(3), Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0320/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0034/2011),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta’ l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea.


    Top