Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DP0060

    Proċedura b'kumitati assoċjati u r-referenza lura lill-Kumitat (interpretazzjoni tal-Artikoli 50 u 56) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta’ Frar 2011 dwar il-proċedura b'kumitati assoċjati u r-referenza lura lill-kumitat f'każ ta’ ċaħda ta’ proposta tal-Kummissjoni (interpretazzjoni tal-Artikoli 50 u 56 tar-Regoli ta’ Proċedura)

    ĠU C 188E, 28.6.2012, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 188/65


    L-Erbgħa 16 ta’ Frar 2011
    Proċedura b'kumitati assoċjati u r-referenza lura lill-Kumitat (interpretazzjoni tal-Artikoli 50 u 56)

    P7_TA(2011)0060

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-proċedura b'kumitati assoċjati u r-referenza lura lill-kumitat f'każ ta’ ċaħda ta’ proposta tal-Kummissjoni (interpretazzjoni tal-Artikoli 50 u 56 tar-Regoli ta’ Proċedura)

    2012/C 188 E/15

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-15 ta’ Frar 2011 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    1.

    jiddeċiedi li jżid l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 50:

     

    “Id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti li tiġi applikata l-proċedura b'kumitati assoċjati tapplika fl-istadji kollha tal-proċedura in kwistjoni.

     

    Il-jeddijiet marbuta mal-istatus ta’ ‘kumitat resonsabbli’ għandhom jitwettqu mill-kumitat ewlieni. Fit-twettiq ta’ dawn il-jeddijiet, il-kumitat ewlieni għandu jirrispetta l-prerogattivi tal-kumitat assoċjat, b'mod partikolari l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali fir-rigward tal-kalendarju u l-jedd tal-kumitat assoċjat li jiddetermina l-emendi li jiġu ppreżentati lill-Parlament fil-qasam ta’ kompetenza esklussiva tiegħu.

     

    Fil-każ li l-kumitat ewlieni ma jagħrafx il-prerogattivi tal-kumitat assoċjat, id-deċiżjonijiet meħuda minn tal-ewwel jibqgħu validi, imma tal-aħħar ikun jista jqiegħed l-emendi direttament fuq il-Mejda quddiem il-Parlament, fil-limiti tal-kompetenzi esklussivi tiegħu.”;

    2.

    jiddeċiedi li jżid l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 56(3):

     

    “Wara referenza lura lill-kumitat skont il-paragrafu 3, il-kumitat ewlieni għandu, qabel ma jieħu id-deċiżjoni tiegħu dwar il-proċedura, jippermetti li kumitat assoċjat skont l-Artikolu 50 jagħmel l-għażliet tiegħu dwar l-emendi li huma rilevanti għall-kompetenza esklussiva tiegħu, b'mod partikolari l-għażla ta’ emendi li għandhom jiġu ppreżentati mill-ġdid lill-Parlament.

     

    L-iskadenza stabbilita skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandha tapplika għat-tqegħid fuq il-Mejda, bil-fomm jew bil-miktub, tar-rapport tal-kumitat reponsabbli. Dan ma jaffettwax l-istabbiliment mill-Parlament tal-mument opportun sabiex jitkompla l-eżami tal-proċedura in kwistjoni.”;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ tagħrif.


    Top