This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011IP0008
FLEGT voluntary partnership agreements European Parliament resolution of 19 January 2011 on FLEGT Voluntary Partnership Agreements
Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja FLEGT Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta’ Jannar 2011 dwar Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja FLEGT
Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja FLEGT Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta’ Jannar 2011 dwar Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja FLEGT
ĠU C 136E, 11.5.2012, pp. 16–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 136/16 |
L-Erbgħa 19 ta’ Jannar 2011
Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja FLEGT
P7_TA(2011)0008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja FLEGT
2012/C 136 E/03
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill (10028/2010) (ir-Repubblika tal-Kongo) u l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (12796/2010) (Kamerun), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (07636/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (13187/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal kunsens ippreżentata mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(3), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0170/2010 u C7-0339/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (adottata mir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali 61/295 fit-13 ta’ Settembru 2007), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru. 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kankun, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar l-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja dwar FLEGT mar-Repubblika tal-Kongo (2) u r-Repubblika tal-Kamerun (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jilqa' l-Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja (FSV) mar-Repubblika tal-Kamerun u r-Repubblika tal-Kongo; jemmen li l-linji gwida għal prattika tajba jistgħu jissiltu min-negozjati ta’ dawn il-FSV biex isir preċedent għal negozjati oħrajn tal-FSV ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam; |
|
2. |
Jisħaq fuq ir-responsabilità maqsuma ta’ kemm l-UE kif ukoll il-pajjiżi li jfornu l-prodotti tal-injam tropikali fis-suq tal-UE biex jeliminaw il-qtugħ illegali ta’ siġar għall-injam, u għal kummerċ relatat u biex jissaħħu l-isforzi għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli b'mod globali tar-riżorsi tal-foresti; |
|
3. |
Jilqa' f'dan ir-rigward l-impenji tal-partijiet involuti biex itejbu l-governanza tal-foresti u jirriformaw il-leġiżlazzjoni eżistenti fejn hu neċessarju sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet fis-settur tal-forestrija jkunu trasparenti, b'rispett lejn id-drittijiet tal-popli indiġeni, u ma jikkontribwixxux għall-impatti ambjentali negattivi; jilqa' wkoll l-impenn tal-UE biex tipprovdi appoġġ għall-bini tal-kapaċità, inkluż b'mod partikolari t-twaqqif ta’ sistemi ta’ verifika tat-traċċabilità u l-legalità għall-injam u l-prodotti tal-injam fil-pajjiżi li jipproduċu l-injam; |
Il-bijodiversità tal-foresti, il-klima u l-iżvilupp uman sostenibbli
|
4. |
Ifakkar li l-FSV huma mmotivati mill-idea li jitwaqqaf b'mod konġunt il-kummerċ tal-injam maqtugħ b'mod illegali u ta’ prodotti magħmula minn dan l-injam u li jikkontribwixxu għall-isforzi biex jitwaqqfu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, l-emissjonijiet tal-karbonju relatati u t-telf tal-bijodiversità globali filwaqt li jippromwovu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-iżvilupp uman sostenibbli, is-sorsi tal-ikel sostenibbli u r-rispett għall-popli indiġeni u persuni lokali; |
|
5. |
Ifakkar li l-espansjoni ta’ sfruttament fuq skala kbira tal-foresti tropikali u foresti oħrajn b'bijodiversità kbira u valuri tal-istokk tal-karbonju mhijiex sostenibbli u taf tirriżulta f'aktar deforestazzjoni u degradazzjoni tal-foresti, filwaqt li tikkontribwixxi għall-qerda tal-ambjent globali; jinnota t-tensjoni inerenti fil-FSV, fis-sens li, filwaqt li jitħeġġeġ il-kummerċ tal-prodotti tal-injam minn pajjiżi b'żoni kbar ta’ foresti naturali, l-UE taf tfixkel l-objettivi tagħha tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, l-appoġġ għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità, it-tnaqqis tal-faqar u l-waqfa tad-deforestazzjoni mad-dinja kollha; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-politika tal-UE tkun koerenti u li azzjonijiet appoġġjati mill-FSV jagħtu kontribut effettiv għall-impenji internazzjonali tal-partijiet kollha għal FSV; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex iniżżlu fid-dettall liema inizjattivi addizzjonali għall-FSV huma previsti sabiex tiġi miġġielda d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti naturali u biex titħeġġeġ il-protezzjoni tagħhom; |
|
6. |
Ifakkar li filwaqt li l-foresti huma proprjetà tal-istat fejn jinsabu, l-ambjent tal-foresti huwa wirt komuni tar-razza umana u jrid jiġi protett, ippreservat u, fejn hu applikabbli, irrestawrat bl-għan aħħari li jinżammu l-bijodiversità globali u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, tiġi mħarsa s-sistema tal-klima, u jitħarsu d-drittijiet tal-popli indiġeni u l-komunitajiet dipendenti fuq il-foresti; għalhekk jistieden lill-gvernijiet sħab fl-Afrika u f'pajjiżi terzi biex jiżviluppaw pjanijiet għall-użu tal-art u għall-immaniġġjar tar-riżorsi li jilħqu dawn l-objettivi, u biex jidentifikaw fejn u kemm hemm bżonn ta’ appoġġ mis-sħab barranin u l-organizzazzjonijiet internazzjonali biex jitressqu 'l quddiem dawk l-objettivi; |
|
7. |
Jitlob lill-Kummissjoni, minħabba dan, biex tagħti l-akbar attenzjoni ħalli tiżgura li l-FSV ma jħeġġux l-espansjoni ta’ attivitajiet industrijali tal-qtugħ ta’ siġar għall-injam f'foresti intatti, u biex taħdem mal-gvernijiet tar-Repubblika tal-Kamerun u r-Repubblika tal-Kongo u l-gvernijiet kollha li jiffirmaw FSV fil-futur biex jimmonitorjaw u jieħdu passi biex jeliminaw l-effetti negattivi fuq in-natura, kemm diretti kif ukoll indiretti, tal-qtugħ ta’ siġar għall-injam kummerċjali; |
Il-proċess tan-negozjati
|
8. |
Jilqa' l-approċċ volontarju, trasparenti, parteċipatorju u li jxaqleb lejn il-kunsens li permezz tiegħu jrid jintlaħaq ftehim; jirrakkomanda li dan l-approċċ għandu jsir in-norma għan-negozjati tal-FSV ma’ pajjiżi sħab oħrajn li jipproduċu l-injam; |
|
9. |
Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili nazzjonali indipendenti u tal-osservaturi esterni indipendenti fl-immonitorjar tal-implimentazzjoni adatta tal-ftehimiet mill-partijiet involuti kollha, inkluż permezz ta’ impenn għall-involviment tal-partijiet interessati nazzjonali fil-kumitati konġunti li jridu jitwaqqfu biex jissorveljaw il-proċess ta’ implimentazzjoni; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali għandu bżonn ikollhom is-setgħa li jimmonitorjaw b'mod indipendenti l-infurzar tal-liġi kif ukoll l-implimentazzjoni tar-riformi ta’ governanza fis-settur tal-forestrija; |
|
10. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mekkaniżmu biex jiġi żgurat li l-FSV jiġu infurzati b'mod effettiv u f'waqthom fl-istadji differenti tal-fażi ta’ implimentazzjoni, filwaqt li jiġu ggarantiti b'mod partikolari r-rinfurzar tal-kapaċitajiet tal-partijiet interessati lokali u l-involviment dirett tal-komunitajiet lokali u l-popolazzjonijiet indiġeni matul il-fażi ta’ implimentazzjoni sabiex tiżgura aċċettazzjoni akbar tar-riformi tal-FSV li se jitwettqu aktar 'il quddiem kif ukoll il-verifika sħiħa tal-importazzjonijiiet fl-UE; |
Il-liċenzji tal-FLEGT u l-oqfsa legali
|
11. |
Ifakkar li reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv u regolatorju li jiggverna s-settur tal-forestrija hija neċessarja sabiex ikun hemm FSV li jikkonforma mal-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni FLEGT u biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-FSV tikkontribwixxi għall-konvenzjonijiet ambjentali u soċjali u għall-ftehimiet internazzjonali li għalihom irid isir il-FSV; |
|
12. |
Ifakkar li l-FSV jfittex ukoll li jtejjeb il-ġustizzja soċjali u jirrispetta d-drittijiet tal-komunitajiet lokali u indiġeni, b'hekk jiġu inklużi l-prinċipji tat-trasparenza u tal-parteċipazzjoni fuq l-istess livell; |
|
13. |
Ifakkar li dan it-titjib leġiżlattiv irid jitkompla qabel ma joħorġu l-liċenzji tal-FLEGT; |
L-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-popolazzjoni lokali
|
14. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe FSV, rapport dwar il-miżuri meħuda biex jiġi żgurat li d-djalogu bejn il-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili, inkluża l-popolazzjoni lokali u indiġena, jitkompla u jinżamm matul il-fażi ta’ implimentazzjoni; huwa tal-opinjoni li dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet reali tal-kontenut tal-FSV fir-rigward tal-impenji internazzjonali tal-UE u dawk tal-pajjiż firmatarju rigward l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, inklużi l-konservazzjoni u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi tal-bijodiversità; |
|
15. |
Jitlob liż-żewġ partijiet ta’ FSV biex jiżguraw li s-soċjetà ċivili, il-popolazzjonijiet lokali u l-popli indiġeni jkunu kapaċi jikkontribwixxu b'mod ħieles u kunfidenti għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-FSV; huwa tal-opinjoni li l-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim għandu jipprovdi s-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tal-popolazzjonijiet lokali u tal-popli indiġeni bid-dritt li jilmentaw u mbagħad bid-dritt ta’ appell jekk dan ma jkunx ta’ suċċess; |
|
16. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li għandha fehim tajjeb tas-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem f'kwalunkwe pajjiż sħab tal-FSV potenzjali u jirrakkomanda li l-Kummissjoni ma taħdimx ma’ xi pajjiż fejn m'hemm l-ebda qafas legali fis-seħħ biex jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem u dawk soċjali bażiċi; jafferma mill-ġdid il-bżonn li jkun hemm djalogu miftuħ, libertà tal-kelma – inkluża l-libertà tat-twemmin reliġjuż – u libertà tal-istampa f'kwalunkwe pajjiż ikkonċernat mill-FSV sabiex ikun jista' jinstama' kwalunkwe ilment; |
|
17. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproduċi u tippreżenta lill-Parlament, fuq bażi regolari, rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet varji tal-FSV attwali u futuri kollha; |
|
18. |
Jistenna li fis-snin li ġejjin jiġu ffirmati aktar FSV li jkollhom bżonn iffinanzjar speċifiku u addizzjonali għall-iżvilupp ta’ riżorsi tekniċi u umani; jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE biex jispeċifikaw liema fondi se jintużaw biex jappoġġaw in-negozjati u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet; |
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
|
19. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta lill-Parlament dwar il-progress fin-negozjar u l-implimentazzjoni tal-FSV attwali u futuri u biex iżżomm lill-Parlament infurmat fi żmien raġonevoli dwar il-ħidma tal-Kumitat Konġunt ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim, ir-rapporti tal-missjoni u tal-verifika tal-awditur indipendenti tal-ftehim, ir-rapporti li jevalwaw l-implimentazzjoni tal-ftehim – inklużi l-istudji tal-impatt soċjali, ekonomiċi u ambjentali tiegħu – u l-listi tal-ismijiet tal-kumpaniji li ngħatalhom konċessjonijiet; |
*
* *
|
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijet u l-parlamenti tal-Istati Membri u ta’ kwalunkwe gvern ikkonċernat mill-FSV. |
(1) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0010.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0009.