Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0143

    Kawża F-143/11: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 65, 3.3.2012, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/26


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-143/11)

    2012/C 65/52

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni implicita tal-Kummissjoni li ma tirrimborsax kwart tal-ispejjeż, sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-kawża F-81/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li fiha l-konvenuta ġiet ikkundannata bis-sentenza tal-15 ta’ Frar 2011.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni, li toriġina jew li fi kwalunkwe każ hija attribwibbli għall-Kummissjoni, ta’ rifjut tat-talbiet tiegħu li saru fit-talba tas-16 ta’ Awwissu 2011, mibgħuta lill-Kummissjoni fil-persuna tar-rappreżentant legali pro tempore, u lill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni;

    jikkonstata li ġiet fis-seħħ l-astensjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, li twettaq il-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija, fil-15 ta’ Frar 2011, mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-81/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, u preċiżament il-miżuri ta’ eżekuzzjoni tad-dispożittiv tas-sentenza tal-15/02/2011 fir-rigward tal-ispejjeż tal-kawża li bihom;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 316,31, liema somma, jekk u sal-punt li ma titħallasx lir-rikorrent, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa’ mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru minn għada sal-ġurnata li fiha jseħħ l-imsemmi ħlas;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 5 kull ġurnata għal kull ġurnata addizzjonali, minn għada, li tiskadi fil-persistenza tal-astensjoni minn issa u sal-180 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011, liema somma ta’ EUR 5 għandha titħallas sal-iskadenza tal-istess ġurnata, u jekk dan ma jseħħx, jiġifieri sal-limitu li dan ma jkunx hekk, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha kellu jseħħ sa dik li fiha din isseħħ;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 6 kull ġurnata għal kull ġurnata addizzjonali, mill-181 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011, li ser tiskadi fil-persistenza tal-astensjoni minn issa u sal-270 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011, liema somma ta’ EUR 6 għandha titħallas sal-iskadenza tal-istess ġurnata, u jekk dan ma jseħħx, jiġifieri sal-limitu li dan ma jkunx hekk, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jidbew jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha kellu jseħħ sa dik li fiha din isseħħ;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 7,50 kull ġurnata għal kull ġurnata addizzjonali, mill-271 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011, li ser tiskadi fil-persistenza tal-astensjoni minn issa u sal-180 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011, liema somma ta’ EUR 7,50 għandha titħallas sal-iskadenza tal-istess ġurnata, u jekk dan ma jseħħx, jiġifieri sal-limitu li dan ma jkunx hekk, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jidbew jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha kellu jseħħ sa dik li fiha din isseħħ;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 kull ġurnata għal kull ġurnata addizzjonali, mit-361 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011ad infinitum, li ser tiskadi fil-persistenza tal-astensjoni minn issa, liema somma ta’ EUR 10 għandha titħallas sal-iskadenza tal-istess ġurnata, u jekk dan ma jseħħx, jiġifieri sal-limitu li dan ma jkunx hekk, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jidbew jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha kellu jseħħ sa dik li fiha din isseħħ;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


    Top