Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0138

    Kawża F-138/11: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 65, 3.3.2012, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/24


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-138/11)

    2012/C 65/47

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Annullament tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkolata mill-ġdid tal-PMO.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2011 li tannulla u tissostitwixxi d-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2009;

    jikkonstata l-validità tal-ftehim li jikkonċerna t-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrent abbażi tal-offerta aċċettata skont il-kalkolu tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2009;

    sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru 2011, li tiċħad espressament l-ilment tar-rikorrent;

    sussidjarjament, jirrikonoxxi d-dannu subit u tagħti lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 6 207,71 bħala danni u interessi kompensatorji miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti;

    jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    Top