Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0013

    Kawża C-13/12 P: Appell ippreżentat fl- 10 ta’ Jannar 2012 minn Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil- 25 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-190/08, Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 65, 3.3.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/10


    Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2012 minn Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-190/08, Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-13/12 P)

    2012/C 65/19

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (rappreżentanti: P. Vander Schueren, avukat, N. Mizulin, solicitor)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tiddikjara l-appell bħala fondat u tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha, flimkien mal-ispejjeż;

    taqta’, abbażi tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sentenza finali hija stess, u tannulla r-regolament (1) ikkontestat sa fejn jirrigwarda lill-appellanti; u

    tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell preżenti

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti insostenn tal-appell tagħhom quddiem il-Qort tal-Ġustizzja jressqu l-argumenti segwenti:

     

    L-appellanti jsostnu li l-Qort Ġenerali (i) għawġet is-sens ċar tal-evidenza rilevanti u fi kwalunkwe każ naqset milli tipprovdi raġunijiet xierqa f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni permezz tal-użu ta’ marġni ta’ profitt teoretiku.

     

    L-appellanti jsostnu wkoll li l-Qorti Ġenerali (ii) wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-FYROM jistabbilixxi l-motivi għal diskriminazzjoni legali kontra l-appellanti; (iii) wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 6(7) u 8(4) tar-Regolament Antidumping Bażiku (2) u fl-evalwazzjoni tal-prinċipju tad-drittijiet tad-difiża; (iv) wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha dwar l-importanza tal-garanziji proċedurali u dwar ir-rilevanza tal-obbligi tal-istituzzjonijiet fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi f’kawżi dwar l-antidumping u (v) għawġet is-sens ċar tal-fatti li jirrigwardaw l-impenn offrut mill-appellanti u dak offrut minn produttur ieħor, u b’hekk f’dan ir-rigward waslet għal konklużjoni żbaljata li taffettwa l-validità tas-sentenza appellata.

     

    Fl-aħħar nett, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali (vi) wettqet żball fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 3(6) tar-regolament bażiku u fil-metodoloġija użata biex jiġi stabbilit d-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni f’kawżi dwar antidumping; (vii) wettqet żball fl-interpretazzjoni tagħha dwar ir-rabta kawżali skont l-Artikolu 3(5) tar-regolament bażiku u (viii) wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tal-obbligu impost fuq l-istituzzjonijiet li jipprovdu raġunijiet f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tad-dannu f’kawżi dwar antidumping.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (ĠU L 55, p. 6)

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45)


    Top