Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0007

    Kawża C-7/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl- 4 ta’ Jannar 2012 — Nadežda Riežniece vs Latvijas Republikas Zemkopības ministrija

    ĠU C 65, 3.3.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl-4 ta’ Jannar 2012 — Nadežda Riežniece vs Latvijas Republikas Zemkopības ministrija

    (Kawża C-7/12)

    2012/C 65/17

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākās tiesas Senāts.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Nadežda Riežniece.

    Konvenut: Latvijas Republikas Zemkopības ministrija.

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (1) u dawk tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE (2), tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, għandhom jiġu interpretati fis-sens li min iħaddem huwa pprojbit milli jieħu miżuri (u b’mod partikolari milli jevalwa lil ħaddiem fl-assenza tiegħu) li b’riżultat tagħhom mara li tinsab fuq leave parentali tista’ titlef il-post tagħha meta tirritorna għax-xogħol?

    (2)

    Ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun differenti jekk il-miżura meħuda minn min iħaddem hija mmotivata minn użu aħjar tan-numru tal-uffiċjali u mit-tneħħija ta’ postijiet tax-xogħol fl-amministrazzjonijiet kollha tal-Istat, minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi nazzjonali?

    (3)

    L-evalwazzjoni tax-xogħol u tal-merti tar-rikorrenti, li tieħu inkunsiderazzjoni l-aħħar evalwazzjoni annwali tal-attivitajiet tagħha u tar-riżultati tagħha qabel il-leave parentali, imqabbla ma’ dik ta’ uffiċjali oħra li baqgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom (li, barra minn hekk, ippermettilhom ukoll jgħollu l-livell ta’ merti tagħhom), u li tapplika kriterji ta’ evalwazzjoni ġodda, għandha titqies bħala diskriminazzjoni indiretta?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 255

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285


    Top