Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62011CN0648

    Kawża C-648/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fid- 19 ta’ Diċembru 2011 — MA, BT, DA vs Secretary of State for the Home Department

    ĠU C 65, 3.3.2012, pagg. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fid-19 ta’ Diċembru 2011 — MA, BT, DA vs Secretary of State for the Home Department

    (Kawża C-648/11)

    2012/C 65/12

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: MA, BT, DA

    Konvenuta: Secretary of State for the Home Department

    Parti interessata: Aire Centre

    Domanda preliminari

    (1)

    Fil-kuntest tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 6 p. 109), liema huwa l-Istat Membru responsabbli għad-determinazzjoni tal-applikazzjoni tal-ażil meta applikant għall-ażil, li huwa minorenni mhux akkumpanjat mingħajr l-ebda membru tal-familja tiegħu jew tagħha preżenti legalment fi Stat Membru ieħor, ikun għamel applikazzjonijiet għal ażil f’iktar minn Stat Membru wieħed.


    In alto