EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0607

Kawża C-607/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fit- 28 ta’ Novembru 2011 — ITV Broadcasting Limited et vs TV Catch Up Limited

ĠU C 65, 3.3.2012, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Novembru 2011 — ITV Broadcasting Limited et vs TV Catch Up Limited

(Kawża C-607/11)

2012/C 65/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ITV Broadcasting Limited et

Konvenuta: TV Catch Up Limited

Domandi preliminari

Fuq l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Infosoc”) (1):

(1)

Id-dritt ta’ awtorizzazzjoni jew projbizzjoni tal-“komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħolijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili” fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva jestendi għal każ fejn:

(i)

Awturi jawtorizzaw l-inklużjoni ta’ xogħlijiet tagħhom f’xandira televiżiva terrestri mingħajr ħlas li hija maħsuba għar-riċezzjoni jew fit-territorju kollu ta’ Stat Membru jew f’żona ġeografika fi ħdan Stat Membru;

(ii)

Parti terza (jiġifieri organizzazzjoni li ma hijiex ix-xandar oriġinali), tipprovdi servizz li bih abbonati individwali fiż-żona maħsuba għar-riċezzjoni tax-xandira li jistgħu legalment jirċievu x-xandira fuq riċevitur tat-televiżjoni fi djarhom stess jistgħu jaqbdu ma’ server tal-parti terza u jirċievu l-kontenut tax-xandira permezz ta’ streaming fuq l-internet?

Tagħmel xi differenza lir-risposta għad-domanda preċedenti jekk:

(a)

Is-server ta’ parti terza jippermetti biss konnessjoni “one-to-one” għal kull abbonat fejn kull abbonat individwali jistabbilixxi l-konnessjoni bl-internet tiegħu jew tagħha stess mas-server u kull pakkett ta’ data mibgħut mis-server fuq l-internet ikun indirizzat lil abbonat individwali wieħed biss?

(b)

Is-servizz tal-parti terza jkun iffinanzjat minn reklamar li huwa ppreżentat “pre-roll” (jiġifieri matul il-perjodu ta’ ħin wara li l-abbonat jagħmel login iżda qabel ma huwa jew hija jibdew jirċievu l-kontenut tax-xandira) jew “in-skin” (jiġifieri fi ħdan l-qafas tas-software użat għal wiri li juri l-programm riċevut fuq l-apparat viżiv tal-abbonat iżda barra l-istampa tal-programm) iżda r-reklami oriġinali li hemm fix-xandira jiġu ppreżentati lill-abbonat fil-punt fejn dawn huma mdaħħla fil-programm mix-xandar?

(c)

L-organizzazzjoni intervenjenti:

(i)

tipprovdi servizz alternattiv għal dak tax-xandar oriġinali, b’hekk taġixxi f’kompetizzjoni diretta max-xandar oriġinali għat-telespettaturi, jew

(ii)

taġixxi f’kompetizzjoni diretta max-xandar oriġinali għal dħul mir-reklamar?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230


Top