Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2011P0013

    Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Fürstliches Landgericht, datata l- 14 ta' Settembru 2011 , fil-każ bejn Granville Establishment u Volker Anhalt, Melanie Anhalt u Jasmin Barbaro, née Anhalt (Il-Kawża E-13/11)

    ĠU C 29, 2.2.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 29/12


    Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Fürstliches Landgericht, datata l-14 ta' Settembru 2011, fil-każ bejn Granville Establishment u Volker Anhalt, Melanie Anhalt u Jasmin Barbaro, née Anhalt

    (Il-Kawża E-13/11)

    2012/C 29/09

    Saret talba lill-Qorti tal-EFTA b’ittra tal-15 ta' Settembru 2011, minn Fürstliches Landgericht, il-Liechtenstein (Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat, il-Liechtenstein), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-22 ta' Settembru 2011, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ bejn Granville Establishment u Volker Anhalt, Melanie Anhalt u Jasmin Barbaro, née Anhalt, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

    1.

    Jistgħu ċittadini ta' Stat taż-ŻEE jistrieħu fuq dispożizzjoni bħat-Taqsima 53a tal-Liġi tal-Ġuriżdizzjoni tal-Lichtenstein, li tagħti liċ-ċittadini ta' Liechtenstein id-dritt li ma jiġux imfittxijja barra l-pajjiż fuq il-bażi ta' ftehim ta' ġuriżdizzjoni sakemm dak il-ftehim ta' ġuriżdizzjoni ma jkunx ġie pubblikament irreġistrat, u jieħdu direttament minnha wkoll id-dritt li ma jiġux imħarrka fil-Liechtenstein (u, għalhekk, mill-perspettiva ta' dawk iċ-ċittadini, anke barra mill-pajjiż) fuq il-bażi ta' ftehim ta' ġuriżdizzjoni sakemm dan ma jkunx ġie pubblikament irreġistrat?

    2.

    Jekk il-mistoqsija 1 titwieġeb fl-affermattiv. Jista’ dak id-dritt jiġi invokat f'każ bħal dan, jiġifieri, fi proċeduri legali ċivili, u b’hekk direttament f'tilwima bejn partijiet privati?


    Top