This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0389
Case T-389/11: Action brought on 18 July 2011 — Guccio Gucci v OHIM Chang Qing Qing (GUDDY)
Kawża T-389/11: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Lulju 2011 — Guccio Gucci vs UASI Chang Qing Qing (GUDDY)
Kawża T-389/11: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Lulju 2011 — Guccio Gucci vs UASI Chang Qing Qing (GUDDY)
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/34 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2011 — Guccio Gucci vs UASI Chang Qing Qing (GUDDY)
(Kawża T-389/11)
2011/C 282/67
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chang Qing Qing (Firenze, l-Italja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ April 2011 fil-Każ R 143/2010-1 sa fejn din tirrifjuta l-oppożizzjoni għall-bqija tal-prodotti fil-klassi 9 u 14; u |
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “GUDDY”, għal diversi prodotti fil-klassi 9, 14, 18 u 25 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6799531
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 121988 tat-trade mark verbali “GUCCI”, għall-prodotti fil-klassi 9, 14, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata u appell parzjalment miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli (i) jeżamina bir-reqqa d-dokumenti ppreżentati sabiex tintlaħaq il-konklużjoni xierqa rigward il-karattru distintiv ogħla tat-trade mark “GUCCI” u rigward il-paragun fonetiku bejn it-trade marks, u sussegwentement żbalja (ii) fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-Trade Mark Komunitarja.