This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0285
Case C-285/10: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 9 June 2011 (reference for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain)) — Campsa Estaciones de Servicio SA v Administración del Estado (Sixth VAT Directive — Articles 11A(1) and 27 — Taxable amount — Extension of the rules on application for private use to transactions between connected parties where prices are patently lower than open market prices)
Kawża C-285/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 9 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Campsa Estaciones de Servicio SA vs Administración del Estado ( “Sitt Direttiva tal-VAT — Artikoli 11A(1) u 27 — Ammont taxxabbli — Estensjoni tar-regoli rigward l-applikazzjoni għal użu privat għat-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati fil-każ ta’ prezzijiet manifestament inqas mill-prezzijiet fis-suq miftuħ” )
Kawża C-285/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 9 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Campsa Estaciones de Servicio SA vs Administración del Estado ( “Sitt Direttiva tal-VAT — Artikoli 11A(1) u 27 — Ammont taxxabbli — Estensjoni tar-regoli rigward l-applikazzjoni għal użu privat għat-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati fil-każ ta’ prezzijiet manifestament inqas mill-prezzijiet fis-suq miftuħ” )
ĠU C 226, 30.7.2011, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Campsa Estaciones de Servicio SA vs Administración del Estado
(Kawża C-285/10) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikoli 11A(1) u 27 - Ammont taxxabbli - Estensjoni tar-regoli rigward l-applikazzjoni għal użu privat għat-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati fil-każ ta’ prezzijiet manifestament inqas mill-prezzijiet fis-suq miftuħ)
2011/C 226/11
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Campsa Estaciones de Servicio SA
Konvenuta: Administración del Estado
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6, 11 u 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Estensjoni tar-regoli dwar konsum intern għal transazzjonijiet bejn entitajiet relatati fil-każ ta’ prezzijiet manifestament inqas mill-valur normali tas-suq.
Dispożittiv
Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi lil Stat Membru milli japplika, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali mwettqa bejn partijiet relatati li jkunu ftiehmu prezz manifestament inqas mill-prezz fis-suq miftuħ, regola dwar id-determinazzjoni tal-ammont taxxabbli differenti mir-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 11(A)(1)(a) ta’ din id-direttiva, billi jestendi għal tali tranżazzjonijiet l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-determinazzjoni tal-ammont taxxabbli li jikkonċernaw l-applikazzjoni jew l-użu ta’ oġġetti u servizzi għall-ħtiġijiet privati tal-persuna taxxabbli, fis-sens tal-Artikoli 5(6) u 6(2) tal-imsemmija direttiva, u dan f’sitwazzjoni fejn dan l-Istat Membru ma jkunx segwa l-proċedura prevista fl-Artikolu 27 ta’ din l-istess direttiva sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta’ tali miżura li tidderoga mill-imsemmija regola ġenerali.