Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0049

    Kawża F-49/11: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 186, 25.6.2011, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 186/36


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-49/11)

    2011/C 186/68

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: B. Rohde-Liebenau, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex ineħħi ċerti dokumenti mill-fajl mediku tiegħu u talba għad-danni.

    Talbiet tar-rikorrent

    Ir-rikorrent isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu:

    jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta’ Jannar 2011 (Nru. R/588jlO);

    jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas l-ammont ta’ EUR 363,23 lir-rikorrent bħala rimbors għal spejjeż mediċi;

    jordna lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi aċċess għall-fajl personali kollu flimkien mal-fajls mediċi lit-tabib tar-rikorrent, jew

    sussidjarjament, billi tibgħatu lir-rappreżentant legali tar-rikorrent f’din il-kawża;

    sussidjarjament, billi tipprovdi aċċess għal kopja tal-fajl kollu;

    sussidjarjament, billi tipprovdi aċċess elettroniku għall-fajl kollu;

    jordna lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara li ma jeżistu ebda fajls personali jew mediċi addizzjonali jew paralleli għal dawn, jew

    sussidjarjament, tordna lill-Kummissjoni sabiex tħassar kull fajl addizzjonali jew kopji tiegħu,

    sussidjarjament, tordna lill-Kummissjoni sabiex iddaħħal il-kontenut kollu tagħhom fil-fajl personali regolari (jew il-fajl mediku tiegħu);

    jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi kumpens għad-dannu subit minħabba l-ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, liema ksur għamel ħsara fuq l-unur u r-reputazzjoni tiegħu, f’ammont meqjus xieraq ex aequo et bono mit-Tribunal u skont il-prassi stabbilita, iżda mhux inqas mid-dħul nett tal-applikant f’sena fi żmien l-impjieg regolari tiegħu mal-konvenuta immedjatament qabel l-inċident tal-2000;

    jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent somma f’daqqa ta’ EUR 717 863,04 jiġifieri tmien darbiet il-paga bażika annwali tiegħu kkalkolata abbażi tal-ammonti ta’ paga rċevuti matul it-tnax-il xahar qabel l-inċident skont l-Artikolu 73(2b) tar-Regolamenti tal-Persunal, jew

    sussidjarjament, parti minn dan l-ammont, skont kif meqjus xieraq mit-Tribunal ex aequo et bono;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż.


    Top