Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0141

    Kawża C-141/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Södertörns Tingsrätt (l-Isvezja) fil- 21 ta’ Marzu 2011 — Karl Torsten Hörnfeldt vs Posten Meddelande AB

    ĠU C 152, 21.5.2011, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Södertörns Tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Karl Torsten Hörnfeldt vs Posten Meddelande AB

    (Kawża C-141/11)

    2011/C 152/29

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Södertörns Tingsrätt (l-Isvezja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Karl Torsten Hörnfeldt

    Konvenuta: Posten Meddelande AB

    Domandi preliminari

    Is-Södertörns tingsrätt titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tirrispondi d-domandi preliminari li ġejjin fuq l-interpretazzjoni tal-prinċipju ġenerali dwar il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba l-età u tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1).

    (1)

    Leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħar-regola magħrufa bħala r-regola tas-67 sena, twassal għal differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età tista’ tiġi ġġustifikata meta l-objettivi jew l-għanijiet tagħha ma jirriżultaw la mil-kuntest tal-adozzjoni tagħha u lanqas minn xi fattur ieħor?

    (2)

    Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-età tal-irtirar li, bħar-regola magħrufa bħala r-regola tas-67 sena, tapplika għal kulħadd u li, b’mod partikolari, b’ebda mod ma tieħu inkunsiderazzjoni l-livell tal-pensjoni ta’ rtirar li ser tirċievi l-persuna kkonċernata, tmur lil hinn minn dak li huwa utli u xieraq sabiex jintlaħqu l-objettiv u l-għan imfittxa?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


    Top