Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0127

    Kawża C-127/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fil- 11 ta’ Marzu 2011 — Aldegonda van den Booren vs Rijksdienst voor Pensioenen

    ĠU C 152, 21.5.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fil-11 ta’ Marzu 2011 — Aldegonda van den Booren vs Rijksdienst voor Pensioenen

    (Kawża C-127/11)

    2011/C 152/27

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Aldegonda van den Booren

    Konvenut: Rijksdienst voor Pensioenen

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 52(1) tal-koninklijk besluit van 21 december 1967 tot vaststelling van het algemeen reglement betreffende het rust- en overlevingspensioen voor werknemers (Digriet Irjali tal-21 ta’ Diċembru 1967 dwar ir-regolamentazzjoni ġenerali tal-iskema tal-pensjoni ta’ rtirar u tas-superstiti għall-impjegati), li jistabbilixxi li l-pensjoni tas-superstiti titnaqqas minħabba ż-żieda tal-pensjoni tax-xjuħija mogħtija taħt il-Wet van 31 mei 1956 inzake een algemene ouderdomsverzekering (Liġi tal-31 ta’ Mejju 1956 dwar il-pensjonijiet ġenerali tax-xjuħija) b’riżultat tal-implementazzjoni tat-trattament ugwali ta’ irġiel u nisa mil-Liġi tat-28 Marzu 1985, huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari mal-Artikolu 46a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71 (1), tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità;

    (2)

    L-Artikolu 52(1) tad-Digriet Irjali tal-21 ta’ Diċembru 1967 dwar ir-regolamentazzjoni ġenerali tal-iskema tal-pensjoni ta’ rtirar u tas-superstiti għall-impjegati huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari mal-Artikoli 10 u 39 sa 42 tat-Trattat tal-25 ta’ Marzu 1957 li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jekk dik id-dispożizzjoni tiġi interpretata b’tali mod li pensjoni tax-xjuħija mogħtija taħt il-Wet van 31 mei 1956 inzake een algemene ouderdomsverzekering (Liġi tal-31 ta’ Mejju 1956 dwar il-pensjonijiet ġenerali tax-xjuħija) għandha tiġi kkunsidrata bħala inkluża fil-pensjonijiet ta’ rtirar jew benefiċċji ekwivalenti msemmija f’dik id-dispożizzjoni, u f’każ ta’ inkompatibbiltà, l-Artikolu 52(1) tad-Digriet Irjali tal-21 ta’ Diċembru 1967 dwar ir-regolamentazzjoni ġenerali tal-iskema tal-pensjoni ta’ rtirar u tas-superstiti għall-impjegati ma għandux jiġi applikat?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.


    Top