EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0216(01)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 49, 16.2.2011, p. 6–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/6


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 49/05

1.   Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' metodi tranżizzjonali ta' kejl (1) għall-implimentazzjoni tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 u, b'mod partikolari l-Annessi VI u VII tiegħu.

Parametru mkejjel

Organizzazzjoni

Referenza

Titlu

Termini, definizzjonijiet, simboli u klassifikazzjoni

CEN

Klawżoli 3 u 4 tal-EN 153. Fejn il-Klawżoli 3 u 4 tal-EN 153, ikunu f'konflitt mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza.

Il-metodi ta' kejl tal-konsum tal-enerġija tal-friġġijiet domestiċi mħaddma mill-provissta tal-elettriku, il-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat, il-friżers tal-ikel u l-kombinazzjonijiet tagħhom, flimkien mal-karatteristiċi assoċjati.

Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test

CEN

Klawżola 8 tal-EN 153. Fejn il-Klawżola 8 tal-EN 153 tkun f'konflitt mad-definizzjonijiet stipulati fl-Anness III, Parti I tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza.

Ġbir u rimi tal-ilma tal-friża mdewba

CEN

Klawżola 5 tal-EN 153

Temperaturi tal-ħżin

CEN

Klawżoli 6 u 13 tal-EN 153. Fejn il-Klawżoli 6 u 13 tal-EN 153, ikunu f'konflitt mat-Tabella 4 fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza.

Determinazzjoni tal-qisien lineari, il-volumi u l-erjas

CEN

Klawżola 7 tal-EN 153

Konsum tal-enerġija

CEN

Klawżola 15 tal-EN 153

Il-ħin li jittieħed sabiex togħla t-temperatura

CEN

Klawżola 16 tal-EN 153

Kapaċità tal-iffriżar

CEN

Klawżola 17 tal-EN 153

Tagħmir refriġeranti integrat

CEN

L-Anness D tal-EN 153

Il-karatteristiċi nominali u l-proċedura tal-kontroll

CEN

L-Anness E tal-EN 153. Fejn l-Anness E tal-EN 153 ikun f'konflitt mat-Tabella I tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza.

L-elementi għar-rapport tat-test, il-marki

CEN

Klawżoli 20 u 21 tal-EN 153

L-istorbju

Il-Kummissjoni Elettro-teknika Internazzjonali.

IEC 60704-1

Tagħmir domestiku u tagħmir ieħor simili tal-elettriku – Kodiċi tat-test għad-determinazzjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

IEC 60704-2-14

Tagħmir domestiku u tagħmir ieħor simili tal-elettriku – Kodiċi tat-test għad-determinazzjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru – Parti 2-14: Ħtiġijiet partikolari għall-friġġijiet, il-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat u l-friżers tal-ikel

IEC 60704-3

Tagħmir domestiku u tagħmir ieħor simili tal-elettriku – Kodiċi tat-test għad-determinazzjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru – Parti 3: Proċedura għad-determinazzjoni u l-verifika tal-valuri tal-emissjoni tal-istorbju ddikjarati

Konsum tal-elettriku

Il-Kummissjoni Ewropea

Regolament (KE) Nru 1275/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija

L-umdità fil-kompartiment tal-ħżin tal-inbid

Il-Kummissjoni Ewropea

Parti 2(d) ta' din il-komunikazzjoni

Metodu ta' kejl għat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid

2.   Metodu ta' kejl għat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid

(a)   Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test

It-tul ta' żmien tal-perjodu tat-test huwa definit skont il-klawżola 8 tal-EN 153.

Il-varjazzjoni matul il-ħin tat-temperatura tal-ħżin titkejjel tliet darbiet kif ġej: l-ewwel kejl isir fl-inqas temperatura ambjentali preskritta tal-klassi(jiet) tal-klima tat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid, it-tieni kejl isir f'temperatura ambjentali ta' + 25 °C u t-tielet fl-ogħla temperatura ambjentali preskritta tal-klassi(jiet) tal-klima tat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid.

Il-kejl tal-kontroll attiv jew passiv tal-umdità tal-kompartiment isir f'umdità ambjentali ta' bejn il-50 % u l-75 % f'temperatura ambjentali ta' + 25 °C.

Il-kejl tal-kontroll attiv jew passiv tal-umdità tal-kompartiment u tal-varjazzjoni matul il-ħin tat-temperatura tal-ħżin f'temperatura ambjentali ta' + 25 °C jista' jsir fl-istess ħin.

It-temperatura medja tal-ħżin ta' kull kompartiment (twma ) qiegħda ssettjata għal + 12 °C jew l-eqreb temperatura iktar kiesħa.

Il-partijiet li jiżżarmaw li huma msemmija mill-manifattur kif meħtieġa għall-funzjonament propju mekkaniku u termali tal-kompartimenti ta' ħżin tal-inbid huma mpoġġija fil-pożizzjoni prevista tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(b)   It-temperatura medja tal-ħżin (twma ) ta' kull kompartiment tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

—   twim= medja tal-ħin integrat tal-valur istantanju tat-temperatura ta' pakkett wieħed ta' 500 g ta' simulant tal-ikel (pakkett-M) mqiegħed fil-punt(i) tal-kejl (Twi ) f'konformita mad-Dijagramma 1

—   n= l-għadd ta' simulanti tal-ikel (pakketti-M) imqiegħda fil-punt(i) tal-kejl (Twi ), 1 ≤ n ≤ 3

(c)   Il-varjazzjoni matul il-ħin tat-temperatura/i tal-ħżin, minn issa 'l quddiem “l-amplitudni tat-temperatura”, titkejjel f'kull punt tal-kejl (Twi ) f'konformità mad-Dijagramma 1. Titkejjel bħala l-medja tad-differenzi bejn l-isħan u l-ikseħ valuri istantanji tat-temperatura (twi ) mkejla bejn żewġ waqfiet suċċessivi tas-sistema refriġeranti sakemm idum il-perjodu tat-test. Jekk ma jistgħux jiġu identifikati waqfiet suċċessivi fis-sistema refriġeranti, ikunu jridu jiġu kkunsidrati perjodi sekwenzjali ta' 4 sigħat.

Il-varjazzjoni tat-temperatura/i tal-ħżin tul il-ħin hija kkunsidrata li tilħaq iż-0.5K elenkat fl-Anness I(1)(ii) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 fejn il-medja/i tal-amplitudni(jiet) kollha tat-temperatura/i f'kull punt ta' kejl (Twi ) hija/huma inqas minn 0,5 K fit-tliet temperaturi ambjentali ttestjati.

(d)   L-umdità relattiva ta' kull kompartiment (Hwm ) titkejjel bħala perċentwal u tissaraf fl-eqreb numru sħiħ, kif ġej:

Hwm titkejjel billi jintuża tagħmir sensorju tal-umdità fil-punt tal-kejl (Tw2 ) f'konformità mad-Dijagramma 1;

Għat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid b'bieba waħda imma maqsum b'diviżorji fissi jew li jistgħu jiġu aġġustati f'kompartimenti separati kull wieħed b'kontroll tat-temperatura indipendenti, Hwm titkejjel għal kull kompartiment f'konformità mad-Dijagramma 1.

Il-kontroll attiv jew passiv tal-umdità tal-kompartiment huwa kkunsidrat li jilħaq il-medda ta' bejn 50 % u 80 % kif elenkat fl-Anness I(1)(iii) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 fejn l-umdità relattiva mkejla (Hwm ) tibqa' bejn 50 % u 80 % għal tul il-perjodu tat-test;

Jekk l-għoli tal-kompartiment jew subkompartiment (hw ) huwa inqas minn 400 mm (Dijagramma 1), Hwm ma titkejjilx għal dak il-kompartiment jew subkompartiment.

(e)   Il-kapaċità nominali f'għadd ta' fliexken standard ta' 75 ċentilitru titkejjel f'konformità mal-aħħar paragrafu tal-punt 1(1) tal-Anness II tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 kif ġej:

Id-dimensjoni ta' fliexken standard titkejjel skont id-Dijagramma 2.

Il-piż totali ta' kull flixkun standard hu ta' 1 200 ±50 gr. Fliexken standard jistgħu jkunu mimlija b'ilma jew b'likwidu ekwivalenti biex jinkiseb dan il-piż.

Flixkun wieħed standard huwa mpoġġi f'kull żona intiża li ġġorr flixkun fl-użu normali tal-utent finali skont l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla hawn taħt. Id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 jinkludi skeċċ dwar il-pjan ta' tagħbija ta' fliexken fejn juri l-pożizzjoni tal-fliexken użati għall-kejl tal-kapaċità nominali.

(i)

id-distanza mill-ħajt/dahar/bieb (2) skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

(ii)

fin-nuqqas ta' istruzzjonijiet, it-tarf ta' wara tal-ixkaffi u distanza ta' 5 mm mill-bieb huma kkunsidrati bħala limitu għall-pożizzjoni tal-flixkun, trid tiġi żgurata funzjoni proprja ta' tkessiħ

(iii)

il-fliexken li jitpoġġew fl-ixkafef tal-bieba jistgħu jmissu l-kisi ta' din l-istess bieba.

(iv)

jekk l-evaporatur huwa mgħotti bi protezzjoni fissa, il-fliexken jistgħu jitpoġġew fuq xulxin sa din il-protezzjoni, u fl-istess ħin tiġi żgurata funzjoni proprja ta' tkessiħ

(v)

il-fliexken jistgħu jitpoġġew iħarsu bil-maqlub ta' xulxin u jmissu flimkien

(vi)

il-fliexken jistgħu jmissu l-ħitan tal-ġenb jekk ma jissemma xejn mill-manifattur

(vii)

il-fliexken jistgħu jitqiegħdu b'mod orizzontali jew vertikali, inklinati jekk se jkunu pprovduti mezzi fissi biex jitqiegħdu f'din il-pożizzjoni

(viii)

partijiet li jiċċaqalqu bħal xkafef teleskopiċi jridu jibqgħu jiċċaqalqu u jkunu aċċessibbli taħt kundizzjonijiet ta' tagħbija.

Dijagramma 1

Punti tal-kejl (Twi ) fil-kompartiment(i) tal-ħżin tal-inbid

(dimensjonijiet f'millimetri)

Dehra minn quddiem

Image

Dehra mill ġenb

Image

Fejn:

—   hw = l-għoli f'millimetri tal-kompartiment tal-ħżin tal-inbid

—   D1 u D2= id-distanza bejn il-linji ta' referenza użati għad-determinazzjoni tal-volum nett

Jekk hemm kexxun, l-ixkaffa fuq il-kexxun titqiegħed fl-iżjed pożizzjoni baxxa possibbli kif jidher fil-punt 1 tad-Dijagramma 1.

Il-punt(i) tal-kejl tat-temperatura (Twi ) iridu jkunu indaqs mill-ġnub tal-kompartiment D1/2 jew D2/2 kif jidher fid-Dijagramma 1.

Il-punt tal-kejl tal-umdità jrid ikun imqiegħed viċin ta' Tw2 b'korrettezza ta' 100 mm kif jidher fil-punt 2 tad-Dijagramma 1.

Jekk hw > 400, jintużaw tliet punti tal-kejl tat-temperatura (Tw1, Tw2 u Tw3 ).

Jekk 300 < hw ≤ 400, jintużaw żewġ punti tal-kejl tat-temperatura (Tw1 u Tw3 ).

Jekk hw ≤ 300 mm, jintuża punt wieħed biss tal-kejl tat-temperatura (Tw2 ).

Dijagramma 2

Flixkun standard

Image


(1)  L-intenzjoni hija li dawn il-metodi tranżizzjonali finalment jiġu sostitwiti minn standard(s) armonizzat(i). Fejn disponibbli, ir-referenza/i għall-istandard(s) armonizzat(i) għandha/hom tiġi/jiġu ppubblikata/i f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Annessi VI u VII tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010.

(2)  L-ispazju bejn id-dahar/ħajt/bieb tat-tagħmir u l-qiegħ/għonq tal-flixkun


Top