EUR-Lex Acesso ao direito da União Europeia

Voltar à página inicial do EUR-Lex

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62010CN0425

Kawża C-425/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil- 31 ta’ Awwissu 2010 — Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja vs Land Berlin

ĠU C 301, 6.11.2010, p. 13—13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2010 — Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja vs Land Berlin

(Kawża C-425/10)

()

2010/C 301/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja

Konvenuta: Land Berlin

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tagħti lil ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li għex legalment, inkonformità mad-dritt nazzjonali, għal iktar minn ħames snin fit-territorju ta’ Stat Membru iżda li f’dan iż-żmien qatt ma ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38/KE, dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat Membru?

(2)

Għall-finijiet tar-residenza legali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-perijodi ta’ residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni fit-territorju tal-Istat Membri ospitanti li seħħew qabel id-data tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Istat ta’ oriġini ta’ dan iċ-ċittadin?


(1)  ĠU L 158, p. 77


Início