Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62009TB0386

    Kawża T-386/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Awwissu 2010 — Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Kompetizzjoni — Ċaħda ta’ ilment — Att li ma jistax jiġi kkontestat minn individwi — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 274, 9.10.2010г., стр. 23—23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 274/23


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2010 — Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-386/09) (1)

    (Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Ċaħda ta’ ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat minn individwi - Inammissibbiltà)

    2010/C 274/35

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Grúas Abril Asistencia, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentant: R.L. García García, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Castilla Contreras, aġenti)

    Suġġett

    Rikors intiż għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Awwissu 2009 li tinforma lir-rikorrenti li l-fatti li hija lmentat dwarhom quddiemha ma jippermettux li tikkonstata ksur tal-Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE, u li għaldaqstant, l-ilment tagħha ma jistax jiġi kkunsidrat.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Grúas Abril Asistencia, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


    Нагоре