Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0361

    Kawża C-361/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju) fid- 19 ta’ Lulju 2010 — Scrl Intercommunale Intermosane, ASBL Fédération de l’industrie et du gaz (Synergrid) vs L-Istat tal-Belġju

    ĠU C 274, 9.10.2010, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 274/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Scrl Intercommunale Intermosane, ASBL Fédération de l’industrie et du gaz (Synergrid) vs L-Istat tal-Belġju

    (Kawża C-361/10)

    ()

    2010/C 274/15

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Scrl Intercommunale Intermosane, ASBL Fédération de l’industrie et du gaz (Synergrid).

    Konvenut: L-Istat tal-Belġju.

    Domandi preliminari

    (1)

    Dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikoli 8 sa 13 tad-Digriet Reali kkontestat, tat-2 ta’ Ġunju 2008, dwar ċerti standards minimi ta’ sigurtà ta’ ċerti installazzjonijiet elettriċi antiki fuq il-postijiet tax-xogħol, li jistabbilixxu rekwiżiti dwar ir-rejalizzazzjoni ta’ installazzjonijiet elettriċi, dwar il-kostruzzjoni ta’ materjal elettriku u dwar il-protezzjonijiet magħquda ma’ dan il-materjal sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema, jikkostitwixxu regoli tekniċi fis-sens tal-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (1) u tal-istandards dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni li l-proġetti tagħha għandhom ikunu s-suġġett ta’ notifika skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8(1) tal-istess direttiva?

    (2)

    Dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikoli 8 sa 13 tad-Digriet Reali ċċitat iktar ’il fuq tat-2 ta’ Ġunju 2008, huma miżuri, fis-sens tal-Artikolu 1, in fine, tad-Direttiva 98/34/KE iċċitata iktar ’il fuq, li l-Istati Membri jqisu bħala neċessarji sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-persuni, u b’mod partikolari tal-ħaddiema, waqt l-użu ta’ prodotti u li ma jolqtux il-prodotti?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.


    Top